Arkivji mensili: Mejju 2022

Il-ħbiberija ma’ Ġesù tilliberak – L-Arċisqof

  Il-Knisja tas-Seminarju, Tal-Virtù, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù donnu għandu ħerqa kbira biex ma jibqax magħna u din hi xi ħaġa stramba għax aħna tant inħobbuh u hu tant iħobbna, li nixtiequ li jkun dejjem magħna u aħna nkunu miegħu.

Ir-risposta hi li Ġesù, għalkemm ma narawhx bħalma naraw lil xulxin, xorta għadu magħna u fil-fatt jibagħtilna lill-Ispirtu s-Santu li hu jsejjaħlu d-‘difensur’ propju biex jibqa’ magħna… Kompli aqra »

Taħdita Pubblika: The world is a sea – Catholics and the Mediterranean during the pontificate of Pius XII

Taħdita pubblika u seminar organizzati mill-Arċidjoċesi u l-Università ta' Malta

The Malta Diocesan Archives will be holding a public lecture entitled “The Holy See and its international relations during the pontificate of Pius XII” to commemorate the opening of the Diocesan Archive relative to the pontificate of Pope Pius XII (1939-1958) and the episcopate of Archbishop Michael Gonzi. 

The guest speaker is Rev. Prof. Roberto Regoli, professor at the Pontifical Gregorian University in Rome… Kompli aqra »

L-Ispirtu tal-Verità – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fid-diskors twil li għamel Ġesù fl-Aħħar Ċena, fl-Evanġelju skont San Ġwann, hu jmiss diversi punti. Isemmi diversi punti għad-dixxipli tiegħu, speċjalment biex jibqgħu jiftakruhom ’il quddiem, għall-ħajja futura tagħhom. Hawn jitkellem fuq il-miġja tal-Ispirtu s-Santu f’Pentekoste. Ġesù juża diversi titli biex ifisser min hu l-Ispirtu s-Santu. Hawn isejjaħlu “d-difensur”, f’post ieħor “il-konsolatur”. Nixtieq li nieqfu fuq titlu minnhom li jsemmi llum fl-Evanġelju: “l-Ispirtu tal-verità” (Ġw 15:26)… Kompli aqra »

Filmat: Dar ġdida għall-persuni u l-familji vulnerabbli

L-Azzjoni Kattolika Maltija inawgurat ir-residenza Dar Regina Pacis f’Ħal Balzan li se tkun qed toffri akkomodazzjoni lill-persuni u l-familji vulnerabbli.

Nhar il-Ħadd li għadda, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi bierek din id-dar u tkellem fuq l-importanza li servizz bħal dawn ikunu offruti f’Malta u l-irwol tal-Knisja fil-ħidma soċjali fost l-aktar membri vulnerabbli tas-soċjetà.

Din id-dar se titmexxa mis-Segretarjat Assistenza Soċjali (SAS) fi ħdan l-Azzjoni Kattolika Maltija u se tkun qed tilqa’ l-persuni li għal raġunijiet varji ma jkunux jistgħu jgħixu b’mod indipendenti fil-komunità… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Mejju 2022, 9:30am

  Il-Knisja tas-Seminarju, f’Tal-Virtù, ir-Rabat

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 16:22-34
Salm: 137 (138):1-2a,2bċ-3,7ċ-8

L-Evanġelju: Ġw 16:5-11

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini: “Fejn sejjer?”. Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket. Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom.

U meta huwa jiġi, juri lid-dinja li għandha żball dwar id-dnub, il-ġustizzja u l-ġudizzju… Kompli aqra »

Il-Papa fir-Regina Caeli: Il-paċi ma tistax tingħata jekk il-bniedem ma jkunx fil-paċi

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Fl-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum hu jagħti l-addio lid-dixxipli tiegħu waqt l-Aħħar Ikla, Ġesù jgħid, qisu xi forma ta’ testment: “Inħallilkom is-sliem”. U minnufih iżid: “Intikom is-sliem tiegħi” (Ġw 14:27). Nieqfu fuq dawn iż-żewġ sentenzi qosra.

Qabel xejn intikom is-sliem tiegħi. Ġesù jsellem bi kliem li jesprimu għożża u serenità, imma dan jagħmlu f’waqt li hu kollox minbarra seren. Ġuda ħareġ biex imur jittradih, Pietru se jiċħdu, u kważi lkoll se jabbandunawh: il-Mulej jafu dan, madankollu ma jċanfarx, ma jużax kliem qawwi, ma jagħmilx diskorsi ibsin… Kompli aqra »

Jitnieda l-ktieb ‘Naqqaxtek fuq il-pali ta’ jdejja’

Il-ktieb Naqqaxtek fuq il-pali ta’ jdejja tnieda minn Drachma Parents, li hi għaqda ta’ sapport għal ġenituri b’ulied LGBTI+, nhar it-Tlieta, 17 ta’ Mejju 2022, fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija, Bifobija u Transfobija. Isem il-ktieb hu meħud mill-ktieb tal-Profeta Iżaija (Iż. 49:16) għax il-membri ta’ Drachma Parents jemmnu li dan hu l-kliem li Alla jgħid lil kull wieħed u waħda minna b’mod intimu u personali, għax Alla ma jagħmilx distinzjoni bejn razez jew orjentazzjonijiet sesswali differenti… Kompli aqra »

Alla jgħammar fina – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Sitt Ħadd il-Għid

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Aħna niġu u ngħammru għandu”. Dan hu li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Ġwann meta jgħid: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu u aħna niġu u ngħammru għandu” (Ġw 14:23). Dal-kliem “niġu u ngħammru għandu” ifakkarna fl-ewwel kapitlu tal-Evanġelju skont San Ġwann, fil-prologu, meta qed jitkellem fuq l-Iben ta’ Alla li sar bniedem u jgħid: “Il-Verb sar bniedem u għammar fostna (Ġw 1:14)”… Kompli aqra »