Il-Mulej jiġi bil-qawwa tal-ħniena tiegħu – L-Arċisqof
Quddiesa fil-festa tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista
26/06/2022 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Huma diversi l-mumenti meta fit-talb tal-Knisja nsibu lil Ġwanni, it-tifel ta’ Żakkarija u ta’ Eliżabetta bħala l-protagonist jew wieħed mill-protagonisti. Illum qed niċċelebraw it-twelid tiegħu imma l-ewwel darba li niltaqgħu miegħu, għadu tarbija fil-ġuf, fil-festa tal-Viżitazzjoni, meta Marija maret iżżur il-qariba tagħha Eliżabetta. It-tarbija li kellha Eliżabetta fil-ġuf, li llum niċċelebraw it-twelid tagħha, qabżet bil-ferħ malli semgħet il-vuċi ta’ Marija ssellem lil Eliżabetta, xi ħaġa li Eliżabetta stess tgħid: “Malli smajt it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ” (Lq 1:44)… Kompli aqra »