Arkivji mensili: Ġunju 2022

Il-Mulej jiġi bil-qawwa tal-ħniena tiegħu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huma diversi l-mumenti meta fit-talb tal-Knisja nsibu lil Ġwanni, it-tifel ta’ Żakkarija u ta’ Eliżabetta bħala l-protagonist jew wieħed mill-protagonisti. Illum qed niċċelebraw it-twelid tiegħu imma l-ewwel darba li niltaqgħu miegħu, għadu tarbija fil-ġuf, fil-festa tal-Viżitazzjoni, meta Marija maret iżżur il-qariba tagħha Eliżabetta. It-tarbija li kellha Eliżabetta fil-ġuf, li llum niċċelebraw it-twelid tagħha, qabżet bil-ferħ malli semgħet il-vuċi ta’ Marija ssellem lil Eliżabetta, xi ħaġa li Eliżabetta stess tgħid: “Malli smajt it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ” (Lq 1:44)… Kompli aqra »

Il-Knisja mhix tagħna imma ta’ Ġesù – L-Arċisqof

Traslazzjoni solenni bl-ewwel għasar u quddiesa lejlet il-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qabel il-miġja ta’ Ġesù, Ġwanni deher ixandar magħmudija ta’ ndiema lill-poplu kollu ta’ Iżrael. U meta kien wasal fi tmiem il-ħidma tiegħu, Ġwanni qal: “Jien m’iniex dak li intom taħsbu li jien. Imma, araw, warajja ġej wieħed li jien lanqas ma jistħoqqli nħoll il-qorq ta’ riġlejh” (Atti 13:25). Dan il-vers mill-ktieb tal-Atti tal-Appostli jiġbor l-ispirtwalità ta’ San Ġwann il-Battista li tiegħu qed niċċelebraw it-twelid… Kompli aqra »

Id-destin kiefer tal-bnedmin mhux mixtieqa – L-Isqof Galea-Curmi

Message by Bishop Joseph Galea-Curmi

Over 380 so-called “normal” human embryos have been cryopreserved since the embryo freezing law came into effect in 2018. The fate of these embryos is still uncertain. The recently proposed Bill to introduce pre-implantation genetic testing for monogenic diseases (PGTM) involves the testing of early embryos to detect particular genetic diseases. Embryos found to carry these genetic variants are to be frozen indefinitely… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista – 26 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 26 ta’ Ġunju

It-Tlettax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slat 19:16b,19-21
Salm: 15 (16):1-2a u 5,7-8,9-10,11
It-Tieni Qari: Gal 5:1,13-18

L-Evanġelju: Lq 9:51-62

Meta Ġesù qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f’raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod… Kompli aqra »

Qalb ħanina li tagħder, li taħfer – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Qalb ħanina li tagħder, li taħfer, kif ħabbejtna nixtiequ nħobbuk”. Dan hu l-kliem mill-innu Tina l-ħlewwa miktub minn Dun Karm Psaila, u bil-mużika tal-Maestro Caruana. Hu innu verament sabiħ li jesprimi proprju dak li qed niċċelebraw illum fis-solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Meta nħarsu lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, niftakru fl-imħabba kbira tiegħu lejna – dik ix-xmara ta’ mħabba li fil-ħajja tagħna, nilqgħu, u li tibdlilna ħajjitna għall-aħjar għax tfakkarna li aħna wlied maħbuba ta’ Alla… Kompli aqra »

Is-sagrament tal-qrar hu wkoll skola ta’ umiltà u ta’ mħabba – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Qalb ta’ Ġesù

  Il-Knisja Parrokjali tas-Salvatur, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-festa tal-Qalb ta’ Ġesù din is-sena, il-qari li għadna kemm smajna, jistedinna biex inħarsu lejn Ġesù mimli ħniena bħala r-Ragħaj it-tajjeb li jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu, li jmur ifittex lil kull wieħed u waħda minna fit-toroq tal-ħajja.

Kultant ngħidu: imma aħna mhux ilkoll għandna bżonn il-ħniena tiegħu? U hekk hu. U forsi diffiċli ngħoddu lilna nfusna ma’ dawk id-99 li m’għandhomx bżonn indiema… Kompli aqra »

12-il resident temmew b’suċċess il-programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga ta’ Caritas

  Iċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas, Ħaż-Żebbuġ

Iċ-ċerimonja ta’ gradwazzjoni ta’ 12-il resident li lestew b’suċċess il-programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga, organizzata minn Caritas Malta u li saret ilbieraħ filgħaxija fiċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas f’Ħaż-Żebbuġ. It-tema taċ-ċerimonja ta’ din is-sena kienet: ‘Inħarsu ’l Quddiem’, b’referenza għall-pandemija imma wkoll għall-għanijiet li ta’ kuljum irridu naħdmu għalihom sabiex jagħtu sens lil ħajjitna.

Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof Charles Scicluna qal li “waħda milll-affarijiet li tolqotni meta nisma’ l-esperjenzi tar-residenti hawnhekk hija kemm jitkellmu mill-qalb u kemm japprezzaw il-fatt li din il-mixja għallmithom mod ġdid kif jaħsbu u jħobbu”… Kompli aqra »

“Għandu jkollna qalb ħelwa u umli” – L‑Arċisqof f’Jum il-Gradwazzjoni ta’ Caritas Malta

12-il persuna jiggradwaw mill-programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga

  Iċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas, Ħaż-Żebbuġ

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel nett nixtieq insellem lil kull wieħed u waħda minnkom b’mod speċjali lilek Eċċ. President tar-Repubblika, lill-Onorevoli Ministri, grazzi ħafna tal-preżenza ġentili tagħkom. Imma tislima kbira ħafna tmur lill-istaff kollu tal-Caritas. Grazzi ħafna lilek, Anthony, tal-kliem tiegħek ċar ħafna li hemm bżonn naħsbu ħafna fuqu. Imma grazzi anke lilek Dun Charles Cordina, li naf kemm hi għal qalbek il-missjoni li twassal il-qalb tal-Knisja f’tant ambjenti li aħna qaddejja tagħhom… Kompli aqra »

L-Isqfijiet Amerikani jilqgħu d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema Amerikana li l-abort mhux se jibqa’ dritt kostituzzjonali

“This is a historic day in the life of our country,” reads a statement from the United States Conference of Catholic Bishops, in response to the decision by the US Supreme Court to overturn controversial rulings on abortion that had effectively permitted abortion on demand throughout the country.

On Friday, the Court released its decision in the case of Dobbs v Jackson Women’s Health Organization, ruling that the US Constitution does not protect a so-called “right” to abortion… Kompli aqra »