Arkivji mensili: Awwissu 2022

Min irid isaltan jitgħallem iħobb – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta’ Marija Reġina

  Il-Knisja Parrokkjali Marija Reġina, il-Marsa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-anġlu Gabrijel mibgħut minn Alla għand xebba, li kien jisimha Marija, “f’belt tal-Galilija jisimha Nazaret” (Lq 1:26); fid-djalogu ma’ din ix-xebba rżina jitkellem dwar il-wirt tagħha. “Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù” (Lq 1:30-31). L-isem Ġesù jiġbor il-missjoni ta’ dan it-tifel: ‘Alla Salvatur’; ‘Yeshua’ – Alla jsalva… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 t’Awwissu 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 21:9b-14
Salm: 144:10-13,17-18

L-Evanġelju: Ġw 1:45-51

F’dak iż-żmien: Filippu sab ’il Natanael u qallu: “Sibna ’l dak li fuqu kitbu Mosè, fil-Liġi, u l-profeti, Ġesù ta’ Nazaret, bin Ġużeppi.” Qallu Natanael: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” “Ejja u ara,” wieġbu Filippu. Meta Ġesù ra lil Natanael riesaq lejh, qal: “Hawn hu Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanael staqsieh: “Rabbi, kif sirt tafni?”

U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt siġra tat-tin qabel ma kellmek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanael, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Israel!” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għidtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? … Kompli aqra »

Ġesù jpoġġi l-ħniena flimkien mal-ġustizzja fil-qalba tal-Liġi – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù nafuh biżżejjed, ma tantx jogħomdhom il-kliem, imma jagħtina ħjiel fuq xiex irridu nimxu fil-ħajja tagħna għax aħna lkoll b’xi mod ipokriti, jiġifieri aħna, anke jekk għandna xewqa ngħixu tajjeb kultant nogħtru għax dgħajfin, midinibin. U allura ċ-ċanfira ta’ Ġesù tgħodd għal kull wieħed u waħda minna. Min jaħseb li Ġesù mhux qed ikellmu, iħares sewwa lejn il-mera imma lejn il-qalb tiegħu l-iżjed… Kompli aqra »

Reġina tal-imħabba u tal-ħniena – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fl-Evanġelju tal-lum għandna lil Ġesù li juża kliem iebes ħafna kontra l-Fariżej. Irrid ngħid li mhux il-Fariżej kollha kienu hekk, imma dawn li Ġesù kien f’polemika magħhom kienu kif jgħid Ġesù, u għalhekk jgħidilhom illum għal diversi drabi “Ħażin għalikom” u jagħtihom titli oħra. Nixtieq li naraw lil dawn il-Fariżej b’kuntrast ma’ Marija, omm Ġesù u ommna wkoll, proprju f’dit-tifkira li qed nagħmlu llum ta’ Marija Reġina, sebat ijiem wara l-festa ta’ Marija mtellgħa s-sema… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 t’Awwissu 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tess 2:1-3a,13-17
Salm: 138 (139):1-3,4-6

L-Evanġelju: Mt 23:23-26

F’dak iż-żmien, Ġesù waqt li kien qed jitkellem qal: “Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tħallsu d-dieċmi fuq in-nagħniegħ u l-busbies u l-kemmun, u mbagħad tagħlqu għajnejkom għal dak li hu l-aqwa fil-Liġi, jiġifieri, il-ġustizzja u l-ħniena u s-sinċerità! Dawn kien imisskom tagħmlu, bla ma tħallu l-oħrajn barra, ja mexxejja għomja, li ma tħallux nemusa tgħaddi mill-passatur, biex imbagħad tibilgħu ġemel! … Kompli aqra »

Inġeddu kollox fi Kristu – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Papa San Piju X u fil-50 anniversarju mit-tberik tal-Knisja Parrokkjali

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Papa San Piju X, Santa Luċija

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Inġeddu kollox fi Kristu”. Dan kien il-motto li għażel il-Papa San Piju X meta kien elett Papa, u f’dan il-kliem hemm miġbur ukoll dak li ħadem għalih tul ħajtu, u dak li hu ta’ ispirazzjoni għalina llum meta qed niċċelebraw il-festa tiegħu – u, speċjalment, f’għeluq il-ħamsin sena mit-tberik ta’ din il-knisja ddedikata lilu, u t-30 sena mill-konsagrazzjoni tagħha.

Għeruq

Giuseppe Sarto, għax hekk kien jismu l-Papa Piju X, kien ġej minn familja kbira ta’ għaxart aħwa… Kompli aqra »

Il-Mulej jgħaddik mill-bieb id-dejjaq għax iħobbok – L-Arċisqof lill-komunità Xlukkarja

Quddiesa fil-21 Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena

  Is-Santwarju tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompej, Marsaxlokk

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm” (Lq 13:22). Dawn is-siltiet li se nibdew naqraw fil-Ħdud mill-Evanġelju skont San Luqa, li din is-sena qegħdin naqraw silta minnu kull nhar ta’ Ħadd; kollha huma parti mill-vjaġġ ta’ Ġesù lejn Ġerusalemm; vjaġġ li proprju beda bl-Evanġelju tal-Ħadd li għadda, b’determinazzjoni Ġesù jibda jħares lejn Ġerusalemm. Fejn jitkellem dwar il-persekuzzjoni tiegħu, it-torturi tiegħu u s-salib… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Inċekknu l-egoiżmu, is-suppervja, il-kburija, u l-għażż

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Fis-silta tal-Evanġelju tal-Liturġija ta’ dan il-Ħadd, wieħed raġel jistaqsi lil Ġesù: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?” U l-Mulej iwieġeb: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq” (Lq 13: 24). Il-Bieb id-dejjaq hu simbolu li aktarx ibeżżgħana, qisu li s-salvazzjoni hi biss għal xi ftit magħżulin jew għall-perfetti. Imma dan is-simbolu jikkontradixxi dak li għallimna Ġesù f’bosta okkażjonijiet oħra; infatti, ftit aktar ‘il quddiem hu jafferma: “jiġu mil-Lvant u mill-Punent, mit-Tramuntana u min-Nofsinhar, u joqogħdu għall-mejda fis-Saltna ta’ Alla” (v… Kompli aqra »