Il-vestwarji pontifiċji tal-Papa Piju V fil-Konkatidral ta’ Ġwann
28/10/2022 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaIl-vestwarji pontifiċji tal-Papa Piju V inġabu f’Malta biex ifakkru l-450 sena anniversarju minn mewtu u jinsabu għall-wiri fil-Konkatidral ta’ San Ġwann sat-13 ta’ Novembru 2022.
Il-Papa Piju V kien patri Dumnikan, li kien elett għall-papat fl-1566 sal-mewt tiegħu fl-1572. Hu mfakkar bħala benefattur kbir tal-kapitali Maltija, il-Belt Valletta, u promotur kbir tad-devozzjoni lejn Sidtna Marija tar-Rużarju Mqaddes.
Il-pubbliku jista’ jara dawn il-vestwarji pontifiċji kuljum, qabel u wara ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tal-Konkatidral… Kompli aqra »