Arkivji mensili: Ottubru 2022

Il-ħajja tal-bniedem hi tant prezzjuża – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Bdiet tfaħħar lil Alla” (Lq 13:13). Dan hu li naqraw fl-Evanġelju skont San Luqa llum fuq din il-mara li kienet ilha tmintax-il sena sħaħ marida, u li fis-sinagoga ltaqgħet ma’ Ġesù. Hawnhekk l-Evanġelju jgħid li kienet anke milwija ħafna, lanqas setgħet toqgħod dritta. Itaqgħet ma’ Ġesù, u hu sejħilha. U Ġesù qiegħed idejh fuqha u fejjaqha. Naqraw fl-Evanġelju: “minnufih waqfet dritta u bdiet tfaħħar lil Alla” (Lq 13:13)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 5:21-33
Salm: 127 (128):1-2,3,4-5

L-Evanġelju: Lq 13:18-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Lil xiex tixbah is-Saltna ta’ Alla, u ma’ xiex se nxebbhuha? Tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel qabad u żeragħha fil-ġnien tiegħu, u mbagħad kibret u saret siġra, u l-għasafar tal-ajru marru jbejtu fil-friegħi tagħha”.

U reġa’ qalilhom: “Ma’ xiex se nxebbahha s-Saltna ta’ Alla? … Kompli aqra »

Mons. Savio Hon Tai-Fai jinħatar Nunzju Appostoliku għal Malta

IIlum, it‑Tnejn, 24 ta’ Ottubru 2022, il‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku ħatar lill‑Eċċellenza Tiegħu Mons. Savio Hon Tai‑Fai SDB, Arċisqof Titulari ta’ Sila u fil‑preżent Nunzju Appostoliku tal‑Greċja, bħala n‑Nunzju Appostoliku l‑ġdid għal Malta.

Mons. Savio Hon Tai‑Fai twieled f’Hong Kong fil‑21 ta’ Ottubru 1950. Ġie ordnat saċerdot fis‑17 ta’ Lulju 1982 u jappartjeni għall‑Provinċja Salesjana taċ‑Ċina, li tinkludi ċ‑Ċina, Hong Kong, il-Makaw u t‑Tajwan… Kompli aqra »

L-aħħar tislima lil Patri Marius Zerafa

Jitħabbru d-dettalji tal-funeral

Ritratt: Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, il-Birgu

Imut id-Dumnikan Patri Marius Zerafa Boffa OP fl-età ta’ 93 sena. Il-funeral tiegħu se jsir għada t-Tlieta 25 ta’ Ottubru fid-9:30am. Fit-8:30am il-katavru jkun espost fil-Kunvent ta’ Ġesù Nazzarenu, Tas-Sliema. Fid-9:15am jibda l-korteo u wara ssir quddiesa fil-Knisja ta’ Ġesù Nazzarenu. Id-difna se ssir fil-qabar tal-Provinċja Dumnikana, fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.

Patri Marius għex ħajtu mdawwar bl-arti sagra. Kien għamel żmien twil kien direttur tal-mużewijiet f’Malta, awtur ta’ diversi kotba fuq l-arti sagra, lettur u restawratur ta’ pitturi ta’ arti sagri, fosthom ta’ Mattia Preti u Antoine de Favray… Kompli aqra »

Alla jisma’ t-talba tal-umli – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-30 Ħadd ta' matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għandna llum fl-Evanġelju storja ta’ tnejn min-nies – wieħed Fariżew u l-ieħor Pubblikan. It-tnejn kienu jemmnu f’Alla, it-tnejn kienu jmorru t-tempju, imma t-tnejn kellhom attitudni differenti li kienet toħroġ ċara ħafna fit-talb tagħhom. Tajjeb li naraw x’jgħallmuna t-tnejn li huma għal ħajjitna.

Ftaħir u tmaqdir

Ħa nħarsu lejn il-Fariżew. Fit-tempju jagħmel talba li qisha ringrazzjament  lil Alla… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 4:32 – 5:8
Salm: 1:1-2,3,4 u 6

L-Evanġelju: Lq 13:10-17

Darba s-Sibt, Ġesù kien qiegħed jgħallem f’waħda mis-sinagogi. U kien hemm mara li kienet ilha tmintax-il sena bi spirtu li kien imarradha; kienet milwija ħafna, u ma kinitx tista’ tieqaf dritta għalkollox. Kif raha Ġesù sejħilha u qalilha: “Mara, inti meħlusa mill-mard tiegħek”. U qegħdilha jdejh fuqha, u minnufih waqfet dritta u bdiet tfaħħar lil Alla… Kompli aqra »

Ħalli lil Alla jagħmlek ġust – L-Arċisqof

Quddiesa f’Jum Internazzjonali Missjunarju

  Il-Bażilika ta' Santa Marija, il-Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta

Il-ħarsa ta’ Ġesù hi ħarsa ta’ ħniena fuq kulħadd. Illum iħares lejn kategorija ta’ nies, li nnota kienu jafdaw fihom infushom, li huma ġusti u jmaqdru lill-oħrajn. Tgħiduli: ‘dawn in-nies kienu jgħixu fi żmien Ġesù’. Imma nistaqsu lilna nfusna: m’hemmx xi ftit minn dan ukoll fil-qalb tagħna, fil-qalb tiegħi u tiegħek? … Kompli aqra »

Quddiesa f’Jum Internazzjonali Missjunarju – 23 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Bażilika tal-Mosta