Arkivji mensili: Diċembru 2022

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għanja 2:8-14 jew Sof 3:14-18a
Salm: 32 (33):2-3,11-12,20-21

L-Evanġelju: Lq 1:39-45

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet:

“Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

Il-ġuf ta’ kull omm hu post qaddis għax hu l-post tal-ħajja – L-Arċisqof

Quddiesa bis-sehem tat-tfal

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Manresa, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Min jaf kemm-il darba smajnieh ir-rakkont ta’ meta Marija ta’ Nazaret kienet xebba żagħżugħa ta’ madwar 16-il sena miġbura fit-talb ikollha żjara speċjali. Il-Vanġelju jgħidilna li l-anġlu Gabriel – l-isem tiegħu jfisser Alla huwa qawwi, jew il-qawwa ta’ Alla – iżur lil Marija mibgħut minn Alla, jagħtiha tislima speċjali: “Inti mimliija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” (Lq 1:28). U hi titħawwad xi ftit imma dan għadu l-bidu… Kompli aqra »

Ried isalva lill-omm u lit-tarbija – L-Isqof Galea-Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fi żmien l-Avvent, aħna ltqajna ma’ diversi persuni fl-Iskrittura li jgħinuna nifhmu aktar iż-żmien ta’ tħejjija għall-Mulej, u xi tfisser ukoll il-miġja tal-Mulej fostna. Rajna lil Ġwanni l-Battista bi prominenza, u llum il-kelma ta’ Alla tiffoka fl-Evanġelju fuq Ġużeppi. 

Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, kien il-missier putattiv, jiġifieri li jieħu ħsieb Ġesù, magħżul minn Alla għal missjoni hekk importanti. 

Nixtieq li nħarsu lejn dan il-bniedem li tant għandu x’jgħidilna għall-ħajja tagħna, u se nsemmi tliet karatteristiċi tiegħu li jiswew ħafna ta’ ġid għalina llum, fost diversi oħra li wieħed jista’ jara f’dan il-qaddis hekk għażiż… Kompli aqra »

Dubju u fidi – L-Isqof Galea-Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kif inkun żgur minn dan?” (Lq 1:18) Dan hu l-kliem li qal Żakkarija lill-anġlu Gabriel meta dan deherlu fit-tempju biex jagħtih l-aħbar li martu Eliżabetta se jkollha iben, lil Ġwanni l-Battista. Qallu diversi dettalji fuq Ġwanni l-Battista, imma r-reazzjoni ta’ Żakkarija kienet: “Kif inkun żgur minn dan?” 

Huwa San Luqa l-uniku evanġelista li jġib dan l-episodju tat-tħabbira tat-twelid ta’ Ġwanni l-Battista, bħalma huwa hu, San Luqa, l-uniku wieħed li jġib l-episodju tat-tħabbira tal-Mulej, meta l-anġlu Gabriel deher lil Marija… Kompli aqra »

70% kontra l-abort jekk il-ħajja tal-omm mhix f’riskju

Kważi 70 fil‑mija ta’ dawk li wieġbu għall‑istħarriġ li sar minn Misco qalu li huma kontra l‑abort jekk it‑tqala ma tpoġġix il‑ħajja tal‑omm f’riskju.

L‑istħarriġ, ikkummissjonat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta, sar lejn l‑aħħar ta’ Novembru u twieġeb minn 800 persuna.

Madankollu, kważi 80 fil‑mija jiffavorixxu intervent mediku li jirriżulta f’terminazzjoni tat‑tqala f’ċirkostanzi fejn ħajjet il‑mara tkun f’riskju.

Barra minn hekk, wieħed minn kull ħamsa li wieġbu, 21 fil‑mija, jaqblu li l‑abort jista’ jintuża bħala mezz biex jillimita d‑daqs ta’ familja irrispettivament jekk is‑saħħa jew il‑ħajja tal‑omm hijiex f’riskju… Kompli aqra »

Quddiesa tat-Tfal – 20 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 7:10-14
Salm: 23 (24):1-2.3-4ab.5-6

L-Evanġelju: Lq 1:26-38

Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”. Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Ma nistgħux ngħakksu lilna nfusna b’sentimenti negattivi

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb! 

Illum, ir-raba’ u l-aħħar Ħadd tal-Avvent, il-liturġija tippreżentalna l-figura ta’ San Ġużepp (cfr Mt 1,18-24).  Hu bniedem ġust, li wasal biex jiżżewweġ.  Nistgħu nimmaġinaw x’kien qed joħlom dwar il-ġejjieni tiegħu: familja sabiħa, mara ta’ għożża u tant ulied bravi, u xogħol dinjituż: ħolm sempliċi imma tajjeb, ħolm tan-nies sempliċi u twajbin. F’daqqa waħda, però, dan il-ħolma titfarrak minħabba skoperta soprendenti: Marija, l-għarusa mwiegħda, qed tistenna tarbija, u dit-tarbija mhix tiegħu!  … Kompli aqra »

F’dan l-Avvent nitolbu lil San Ġorġ Preca biex Alla jsalvana – L-Arċisqof

Quddiesa fir-raba' Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Venera, Santa Venera

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Tibżax tieħu għandek lil Marija” (Mt 1:20). Din hija l-istedina li l-anġlu tal-Mulej jagħmel lil Ġużeppi ta’ Nazaret. Hija stedina biex jagħmel kuraġġ f’sitwazzjoni ta’ diffikultà kbira. L-għarusa tiegħu Marija ħarġet tqila u hu jaf li mhuwiex il-missier. X’se jagħmel? Bl-għerusija, skont il-liġi Lhudija, kienet diġà marbuta miegħu, marbuta miegħu bil-wegħda tal-fedeltà. Il-fatt li għandha wild ta’ ħaddieħor ipoġġi quddiem dan ir-raġel ġust problema, dilemma kbira: x’se nagħmel? … Kompli aqra »

Il-Fondazzjoni St Jeanne Antide tippublika ktieb dwar is-Servizz SOAR

Il-Fondazzjoni St Jeanne Antide għadha kemm ippubblikat ktieb li jinkludi fih l-istorja dettaljata tal-mod kif is-Servizz SOAR evolva minn grupp ta’ sapport żgħir għal servizz nazzjonali.

Il-ktieb, li huwa sponsorjat mill-Fondazzjoni RA1SE, ġie mniedi fl-10 anniversarju ta’ SOAR nhar it-23 ta’ Novembru 2022.

Il-ktieb huwa mmirat lejn riċerkaturi, studenti universitarji, fakultajiet universitarji, Għaqdiet Mhux-Governattivi, aġenziji għall-benessri tal-familja, prattikanti, prattikanti legali, uffiċjali tal-pulizija li huma involuti fis-sapport għal nisa vittmi ta’ vjolenza domestika, persuni li jaħdmu f’xelters, care workers, voluntiera u nisa li esperjenzaw vjolenza domestika u vjolenza intima… Kompli aqra »