Yearly Archives: 2022

Website ġdida għall-iskejjel Lasalljani f’Malta

La Salle Malta nediet website ġdida bil-għan li tagħti informazzjoni dettaljata dwar il-ħidma tan-netwerk Lasalljan f’Malta waqt li jingħaqad man-netwerk usa’ Lasalljan madwar id-dinja.

La Salle Malta hi n-netwerk tal-Kulleġġi Lasalljani f’Malta, il-Kulleġġ De La Salle u l-Kulleġġ Stella Maris. Dawn iż-żewġ kulleġġi jinkorporaw sitt skejjel li jservu studenti li jsegwu l-edukazzjoni fil-livell primarju u sekondarju sal-livell post-sekondarju tas-Sixth form. Aktar minn 400 edukatur jaħdmu fil-kulleġġi li jaqdu aktar minn 2,400 student… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 11:29-32; 12:19
Salm: 80 (81):10-11ab,12-13,14-15

L-Evanġelju: Mk 7:31-37

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ telaq mill-inħawi tal-belt ta’ Tir, għadda minn Sidon lejn il-baħar tal-Galilija, fl-inħawi tad-Dekapoli. U ġabulu wieħed, trux u mbikkem, u talbuh iqegħedlu idu fuqu. Ġesù ħarġu għalih waħdu minn qalb in-nies, daħħal subgħajh f’widnejh u messlu lsienu bir-riq tiegħu. Imbagħad refa’ għajnejh lejn is-sema, tniehed tnehida, u qallu: “Effata” jiġifieri: “Infetaħ!”. U minnufih widnejh infetħulu, l-irbit ta’ lsienu nħallu u qabad jitkellem sewwa… Kompli aqra »

L-imħabba li għallimna Pawlu hi mibnija fuq il-laqgħa tagħna ma’ Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Solennità ta' San Pawl Nawfragu

  Il-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fit-talba ta’ din il-festa għażiża, illum tlabna hekk bħala Maltin u Għawdxin: ‘Inti għoġbok, Mulej, li l-Appostlu Missierna San Pawl jara l-għarqa biex jiġi fostna u jxandrilna l-fidi, agħmel li nibqgħu dejjem irroddu ħajr għat-tħabrik u l-imħabba li hu wera magħna’.

Fir-riflessjonijiet tiegħi ta’ din is-sena nixtieq nieqfu ftit fuq il-frażi ‘l-imħabba li Pawlu wera magħna’ għax għan kbir ta’ din il-festa tant għażiża għalina hi propju li rroddu ħajr lil Alla tal-imħabba li wera magħna Pawlu ta’ Tarsu… Kompli aqra »

Kull deni ħudu b’ġid – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'leljet is-solennità ta’ San Pawl Nawfragu

  Il-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Bil-Malti għandna espressjoni li tgħid: “Kull deni ħudu b’ġid”. Ma nafx minn liema żmien ilna ngħiduha f’Malta, meta bdiet din l-espressjoni, imma żgur li l-ġrajja tan-Nawfraġju ta’ San Pawl turina proprju dan.

Hawnhekk naraw ġrajja li fil-bidu tagħha, u għal ħafna jiem, kienet ta’ deni kbir; maltempata kbira, tempesta li mhux biss tellfet id-direzzjoni ta’ fejn kienu sejrin – il-ġifen kien sejjer naħa u l-maltempata ġarritu n-naħa l-oħra – imma tant kienet qawwija li, jgħid il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, “tlifna kull tama li nsalvaw”… Kompli aqra »

Vjaġġ Appostoliku mill-Papa Franġisku f’Malta

  Il-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

Il‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku jilqa’ l‑istedina tal‑President tar‑Repubblika ta’ Malta, tal‑awtoritajiet ċivili u tal‑Knisja Kattolika tal‑pajjiż, u ser jagħmel Vjaġġ Appostoliku f’Malta u Għawdex fit‑2 u 3 ta’ April 2022. 

Il‑Papa se jżur il‑Belt Valletta, ir‑Rabat, il‑Furjana u Ħal Far, u l‑gżira ta’ Għawdex. Il‑programm u dettalji oħra tal‑vjaġġ se jitħabbru aktar ’il quddiem.

Agħfas hawn biex tara t-tħabbira uffiċjali tal-Vjaġġ Appostiku tal-Papa f’Malta… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Frar

L-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun ta’ Malta – Solennità

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 14:3-7
Salm: 107:21-31
It-tieni Qari: Atti  27:16-44; 28:1-10

L-Evanġelju: Mk 16:15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Ħdax : “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla… Kompli aqra »

Quddiesa pontifikali fis-Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl – 10 ta’ Frar 2022, 9:30am

  Il-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Papa fl-Udjenza: Il-fidi fil-qawmien tgħinna niffaċċjaw il-mewt bla biża’

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fl-aħħar katekeżi, imqanqla għal darb’oħra mill-figura ta’ San Ġużepp, irriflettejna fuq it-tifsira tal-komunjoni tal-qaddisin. U waqt li nibda minn din l-idea, illum nixtieq ninżel fil-fond tad-devozzjoni speċjali li l-poplu Nisrani dejjem kellu għal San Ġużepp bħala Patrun tal-mewt it-tajba. Devozzjoni li twieldet mill-ħsieb li Ġużeppi miet bl-assistenza tal-Verġni Marija u ta’ Ġesù, qabel ma dan ħalla d-dar ta’ Nazaret… Kompli aqra »

Dun Ġorġ żarmat fi kliem

Taħdita għall-pubbliku

  L-Awditorju tad-Dar Ġenerali tal-MUSEUM, il-Blata l-Bajda

Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Frar 2022, fis-6pm, se ssir taħdita pubblika minn Joseph Buttigieg bl-isem ‘Dun Ġorġ żarmat fi kliem: L-analiżi lessikali bħala għodda ta’ interpretazzjoni’.

Din it-taħdita, li qed issir mid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta u s-Soċjetà tal-MUSEUM, hi bbażata fuq ir-riċerka li Buttigieg għamel għat-teżi tal-Masters tiegħu fil-Lingwistika Maltija u li tmexxiet minn Dr Michael Spagnol.

It-taħdita hi miftuħa għal kulħadd u se ssir fl-Awditorju tad-Dar Ġenerali tal-MUSEUM, il-Blata l-Bajda, maġenb il-Kappella ta’ San Ġorġ Preca… Kompli aqra »