Yearly Archives: 2022

“Inħallu lill-Mulej jagħġinna” – L‑Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-parabbola meħuda minn kapitlu 13 ta’ San Mattew, Ġesù ma jaħbix it-tagħlim dwar il-ġudizzju finali. X’inhu dan? Huwa l-ġudizzju li jimmarka d-destin tagħna wara din il-ħajja. Dan huwa destin li aħna niddeċieduh minn issa. Il-mod kif nistgħu nevitaw il-ġudizzju tal-kundanna huwa li minn issa nitgħallmu nafdaw u nirrikorru lejn il-ħniena ta’ Alla.

Anke fil-mument tal-ġudizzju se jkun hemm ukoll il-ħniena ta’ Alla; l-offerta ta’ Alla li nilqgħu l-ħniena tiegħu… Kompli aqra »

L-għoti tal-mandat lill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin fl-iskejjel tal-Knisja

  Il-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta

Fit-22 ta’ Ġunju ngħata l-mandat lill-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin lil 45 edukatur minn 17-il skola tal-Knisja. Il-mandat ingħata wara li l-edukaturi tħarrġu permezz ta’ kors mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

L-għoti tal-Mandat sar fil-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta, u kien ippresedut  mid-Delagat tal-Arċisqof għall-Iskejjel tal-Knisja Patri Charles Mallia, O.Carm. Waqt iċ-ċerimonja fakkar fil-ħtieġa tal-Ewkaristija fil-ħajja tagħna, li hi l-pern tal-fidi tagħna u s-sostenn tal-Poplu t’Alla… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Lulju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 18:1-6
Salm: 145 (146):2abċ,2d-4,5-6

L-Evanġelju: Mt 13:47-53

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox. Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħda, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin.

Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħżiena mill-ġusti, u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien… Kompli aqra »

Il-Papa fil-Kanada: Żommu ħaj l-imgħoddi tagħkom biex tipproteġu l-futur

During Mass celebrated at the Commonwealth Stadium in Edmonton on Tuesday – the feast day of Sts Joachim and Anne – Pope Francis reflects on the important role of grandparents in passing down the faith, and highlights the need to preserve the memory of those who preceded us.

Thousands of pilgrims welcomed Pope Francis as he joined their annual pilgrimage to the sacred shores of Lac Ste… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Lulju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 15:10,16-21
Salm: 58 (59):2-3,4-5a,10-11,17,18

L-Evanġelju: Mt 13:44-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kulma jkollu u jixtri dik l-għalqa.

Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kulma kellu u xtara lilha”… Kompli aqra »

Stqarrija mill‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja

L‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja (CSA) hi dispjaċuta li d‑differenzi bejn il‑Bord tat‑Tmexxija tal‑Kulleġġ ta’ San Albert il‑Kbir u l‑kap tal‑istess kulleġġ, is‑Sur Mario Mallia, ma ġewx riżolti u wasslu għat‑tmiem tal‑impjieg tas‑Sur Mallia.

Mingħajr ma nidħlu fir‑raġunijiet tat‑tmiem tal‑ħidma tas‑Sur Mallia, l‑Assoċjazzjoni tixtieq tirrikonoxxi l‑kontribut siwi tiegħu għal inklużjoni ta’ diversi studenti u studenti minn realtajiet differenti. Is‑Sur Mallia dejjem fittex modi ġodda kif jista’ jsaħħaħ il‑pożizzjoni ta’ dawk inqas fortunati… Kompli aqra »

Il-Papa jgħid li hu ‘dispjaċut ħafna’ għall-Popli indiġeni fil-Kanada

Highlights of Pope Francis in Maskwacis for the Meeting with Indigenous Peoples

In his first public event in Canada, Pope Francis addresses representatives of Indigenous Peoples of the First Nations, the Métis and the Inuit gathered in Maskwacis Park, near Edmonton. In his poignant speech, he again implores forgiveness for the evils committed by many Christians against the Indigenous Peoples in Canada in the residential school system… Kompli aqra »