Arkivji mensili: Jannar 2023

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3:11-21
Salm: 99 (100):2,3,4,5

L-Evanġelju: Ġw 1:43-51

F’dak iż-żmien, Ġesù ddeċieda li jitlaq lejn il-Galilija. Sab lil Filippu u qallu: “Ejja warajja!” Filippu kien minn Betsajda, il-belt ta’ Indrì u Pietru. Filippu sab lil Natanjel u qallu: “Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn Nazaret, bin Ġużeppi”… Kompli aqra »

F’Tas-Sliema: niċċa meqjuma ġġarrab ħsarat u qed tiġi rrestawrata

Ritratt: Kunsill Lokali Sliema

Niċċa tad-Duluri ferm meqjuma f’Tas-Sliema ġarrbet ħsarat kunsiderevoli meta twaqqa’ l-ħajt li ilha snin twal fuqu. Hekk kif ġara dan l-inċident inġabru l-partijiet kollha tan-niċċa u ttieħdet għar-restawr.

Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema kkundanna din il-ħsara fuq il-mezzi soċjali.

Il-Kunsill Lokali esprima diżapprovazzjoni qawwija kontra dan l-att u appella lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni biex dan il-ħajt u n-niċċa titranġa kemm jista’ jkun malajr… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Jannar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 3:7-10
Salm: 97 (98):1,7-8,9

L-Evanġelju: Ġw 1:35-42

F’dak iż-żmien, Ġwanni raġa’ kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla!”. Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù.

Ġesù dar u rahom mexjin warajh, u qalilhom: “Xi tridu?”. Iżda huma staqsewh: “Fejn toqgħod, Rabbi?” – li tfisser Mgħallem… Kompli aqra »

Omm il-ħajja – L-Isqof Galea-Curmi

  Knisja Parrokkjali Lunzjata, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Propju fl-ewwel jum tas-sena, il-Knisja mad-dinja kollha tiċċelebra s-solennità ta’ Marija Omm Alla. Marija, li kellha lil binha Ġesù li kien Alla, hi għalhekk Omm Alla.

Meta niċċelebraw din il-festa fl-ewwel ġurnata tas-sena, qisu hemm messaġġ importanti għalina li jekk aħna nixtiequ li nibdew din is-sena u nkompluha b’mod tajjeb, għandna nħarsu lejn Marija, Omm Alla, u tkun hi li takkumpanjana matul din is-sena… Kompli aqra »

Live: Quddiesa b’suffraġju għall-Papa Emeritu Benedittu XVI

Nhar l-Erbgħa li ġej, 4 ta’ Jannar 2023, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra quddiesa De Requiem għall-Papa Emeritu Benedittu XVI fis-6:30 p.m. fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.

Kulħadd mistieden jattendi għal din iċ-ċelebrazzjoni. Is-saċerdoti huma mistiedna wkoll jikkonċelebraw f’din il-quddiesa.

Il-quddiesa se tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

L-għada l-Ħamis 5 ta’ Jannar, l-Arċisqof se jirrappreżenta lill-Knisja f’Malta fil-funeral tal-Papa Emeritu li se jsir fi Pjazza San Pietru, il-Vatikan… Kompli aqra »

L-Arċisqof dwar kif Benedittu XVI indirizza l-abbużi fil-Knisja

Matul il-pontifikat tiegħu, bejn l-2005 u l-2013, u anke qabel bħala kardinal, il-Papa Emeritu Benedittu XVI kien magħruf għax-xogħol li għamel biex jindirizza l-każi ta’ abbuż sesswali mill-kleru.

Il-mewt tal-Papa Emeritu ġabet magħha diskussjoni dwar il-legat tiegħu dwar din il-ġerħa fil-Knisja, u wieħed mill-persuni li għandu rwol ċentrali fil-ġlieda kontra l-abbużi fil-Knisja Univerali huwa l-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles Scicluna.

F’Ottubru 2002, l-Arċisqof inħatar bħala Promotur tal-Ġustizzja fil-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi bil-mandat li jinvestiga l-każi l-iżjed gravi li jaslu quddiem il-Kongregazzjoni… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Tieħu ħsieb b’għożża: dan huwa l-lingwaġġ ta’ Omm Alla

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżeież ħuti, il-jum it-tajjeb u s-sena t-tajba!

Il-bidu ta’ sena ġdida hu offrut lil Marija Santissma, li llum qed niċċelebrawha bħala Omm Alla. F’dal-ħin nitolbu bil-ħrara l-interċessjoni tagħha partikolarment għall-Papa Emeritu Benedittu XVI, li lbieraħ filgħodu ħalla din id-dinja. Ningħaqdu flimkien, b’qalb waħda u ruħ waħda, biex niżżu ħajr lil Alla għad-don ta’ dan il-qaddej fidil tal-Evanġelju u tal-Knisja.  Ftit ħin ilu fuq it-tv, fil-programm “A Sua immagine”, konna qed naraw l-attivitajiet kollha u l-ħajja tal-Papa Benedittu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 3 ta’ Jannar 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »