Spirtu ta’ djalogu, fil-valuri tal-Evanġelju
Missio Malta tilqa’ l-Konferenza tad-Diretturi Ewropej f’Malta
24/02/2023Ftit tal-jiem ilu ġiet fi tmiemha l-Konferenza tad-Diretturi Ewropej ta’ Missio li din is-sena inżammet f’Malta bejn l-14 u s-16 ta’ Frar, u li laqqgħet id-Diretturi ta’ Missio minn madwar l-Ewropa kollha.
“L-għan prinċipali tal-konferenza huwa li jitkattar l-ispirtu ta’ kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi sabiex ikompli jintlaħaq l-għan ta’ Missio li xxerred L-Evanġelju fid-dinja,” qal Fr Anthony Chantry, chairperson tal-Konferenza. “Il-Konferenza kienet ukoll okkażjoni sabiħa ta’ talb flimkien, li jgħaqqadna sabiex inkomplu nwasslu l-messaġġ li x-xogħol tal-missjoni huwa daqstant urġenti u importanti daqs meta Ġesù Kristu mexa fuq l-art, u Evanġelizza kull fejn mar.”
Id-Direttur ta’ Missio Malta, Monsinjur Valent Borg esprima s-sodisfazzjon tiegħu għas-suċċess tal-laqgħa f’Malta, u li l-preparamenti għaliha ħadu bosta xhur… Kompli aqra »