Meta taqa’, tibżax, erġa’ qum – L-Arċisqof
Quddiesa fit-tmien anniversarju mindu Mons. Charles Scicluna sar Arċisqof ta’ Malta
21/03/2023 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Dan is-sinjal li jagħti l-Evanġelju ta’ San Ġwann jinkludi wkoll djalogu bħalma rajna l-Ħadd li għadda fid-djalogu li kien hemm bejn Ġesù u r-raġel li twieled għama, il-ġenituri ta’ dan l-għama, Ġesù u l-Fariżej. U fid-djalogu tal-lum hemm xi siltiet li nixtieq noffrihom bħala riflessjoni fil-pellegrinaġġ tagħna ta’ dan ir-Randan.
L-ewwel nett il-kelma, il-mistoqsija ta’ Ġesù. L-aħwa, din il-mistoqsija Ġesù jagħmilha lili u jagħmilha lilek: “Trid tfiq?” (Ġw 5:6)… Kompli aqra »