L-Arċisqof jgħammed tnax-il adult minn tmien pajjiżi differenti
08/04/2023Illejla, waqt il-Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna ser jiċċelebra s-Sagramenti tad-Dħul fil-Ħajja Nisranija (magħmudija, griżma u tqarbin) lil 12-il katekumenu, jiġifieri persuni li f’età adulta jagħżlu l-ħajja Nisranija.
It-12-il adult, li llejla b’dawn is-sagramenti se jsiru membri ġodda tal-Knisja Kattolika, huma minn Malta, iċ-Ċina, it-Turkija, il-Latvija, l-Ingilterra, Franza, in-Nepal u l-Albanija.
Matul ir-Randan, dawn il-persuni ltaqgħu mal-Arċisqof Scicluna bi tħejjija għal dan il-mument importanti f’ħajjithom… Kompli aqra »