Għal Ġesù l-ikbar dnub hu li ma taċċettahx bħala s-salvatur tiegħek – L-Arċisqof
Quddiesa tal-jum mas-saċerdoti l-ġodda
16/05/2023 Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, il-MellieħaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Ħafna drabi staqsejt lili nnifsi: imma dawn it-tliet kelmiet ta’ Ġesù dwar l-iżball tad-dinja, xi jfissru eżattament? Għax il-Mulej jgħid li meta jiġi l-Ispirtu s-Santu, meta jingħata l-Ispirtu s-Santu jipperswadina dwar l-ideat żbaljati li għandha d-dinja dwar tliet affarijiet. U rrid nammetti li ħafna drabi ninduna li anke jien naqa’ f’dan l-iżball għax qiegħed fid-dinja u kultant nittieħed mill-ispirtu tad-dinja… Kompli aqra »