L-edukazzjoni mhix kapriċċ, imma essenzjali – L-Arċisqof
30/06/2023 Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
L-ewwel nett nawguralkom ħafna f’din l-okkażjoni sabiħa tat-30 anniversarju mill-istituzzjoni tal-Kunsilli Lokali, imbagħad ’il quddiem anke tar-Reġjuni.
Eċċellenza, għażiż President tar-Repubblika, Sinjura Vella; Onorevoli Ministri u personalitajiet distinti; spettabbli Presidenti tar-Reġjuni, Sindki. Nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom illum, u nawguralkom ħafna fix-xogħol tagħkom.
Ippermettuli naqsam magħkom ftit ħsibijiet qosra, għax is-sħana wkoll. L-ewwel nett nawguralkom ħafna li fix-xogħol tagħkom tkomplu taħdmu biex nikbru bħala poplu, dak li nistgħu nsejħulu s-sens ċiviku… Kompli aqra »