Arkivji mensili: Ġunju 2023

Alla biss huwa kapaċi jiġġudika – L-Arċisqof

  L-Oratorju tal-MSSP, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jitbierku bik it-tribujiet kollha tal-art” (Ġen 12:4). Għeżież saċerdoti, aħna u ningħaqdu magħkom illum biex nirringrazzjaw lil Alla tad-don tas-saċerdozju u tal-ministeru tagħkom, it-talba tagħna hija li l-Mulej ikompli jberikna permezz tagħkom: “Jitbierku bik it-tribujiet kollha tal-art” (Ġen 12:4). 

Ġesù, fil-Kelma li jagħtina llum, jagħtina kriterju ta’ umiltà importanti. L-ewwel nett jibgħatna bħala qaddejja, mhux imħallfin: “Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati; għax bl-istess ġudizzju li tagħmlu intom, tkunu ġġudikati; u bl-istess kejl li tkejlu intom, jitkejjel lilkom” (Mt 7:1-2)… Kompli aqra »

Inawgurata Casa Fratelli Tutti

Saċerdoti minn pajjiżi missjunarji jistudjaw f'Malta biex ikunu ta' servizz aħjar f'pajjiżhom

  Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

L‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi inawgura u bierek Casa Fratelli Tutti, dar li tilqa’ saċerdoti minn pajjiżi foqra li jixtiequ jistudjaw il‑Liċenzjat fit‑Teoloġija Pastorali fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta. L‑għan ta’ Casa Fratelli Tutti hu li l‑Knisja f’Malta u l‑Università jagħtu opportunità lil saċerdoti barranin biex ikomplu l‑istudji tagħhom f’Malta minkejja l‑isfidi finanzjarji u kulturali li jistgħu jiltaqgħu magħhom. Bħalissa f’din id‑dar qed jgħixu ħames saċerdoti min‑Niġerja u ż‑Żimbabwe… Kompli aqra »

Id il-Mulej kienet miegħu – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Solennità tat-Twelid ta’ San Ġwann il-Battista

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ma hemm ebda qaddis ieħor ħlief Ġwanni l-Battista li tiegħu aħna niċċelebraw it-twelid. Fil-Knisja, aħna niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù, ta’ Marija Ommu, u ta’ Ġwanni l-Battista. Il-qaddisin normalment aħna niċċelebraw il-jum tal-mewt tagħhom, li tfisser it-twelid għall-ħajja ta’ dejjem. U Ġwanni l-Battista niċċelebraw kemm il-mewt kif ukoll it-twelid. Għaliex? X’għandu speċjali dan?

Dan għaliex Ġwanni l-Battista kien magħżul minn Alla biex ikun dak li jħejji t-triq għall-Mulej… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Ġunju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 15:1-12,17-18
Salm: 104 (105):1-2,3-4,6-7,8-9

L-Evanġelju: Mt 7:15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu għajnejkom mill-profeti foloz; għax dawn jiġu għandkom libsin ta’ nagħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa! Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. Jaqaw jiġbru għeneb mix-xewk, jew tin mill-għollieq?

Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel, imma s-siġra l-ħażina frott ħażin tagħmel… Kompli aqra »

L-Ispirtu jgħinna negħlbu l-biża’ – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għal tliet darbiet fl-Evanġelju llum, Ġesù jgħid lill-appostli tiegħu “la tibżgħux!” U kellu raġun jgħidilhom biex ma jibżgħux, għax aħna nafu li aktar ’il quddiem, meta għadda mill-passjoni u l-mewt tiegħu, l-appostli beżgħu ħafna, u mhux biss beżgħu iżda ħarbu u ħallewh waħdu – kollha sparixxew ħlief wieħed. 

Kien biss aktar ’il quddiem, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, li huma għelbu l-biża’ u ħarġu biex ixandru l-Bxara t-Tajba, u jagħmlu dak li Ġesù jgħidilhom fl-Evanġelju llum: “Dak li jien ngħidilkom fid-dlam, għiduh fid-dawl, u dak li ngħidilkom f’widnejkom, xandruh minn fuq il-bjut” (Mt 10:27)… Kompli aqra »

300 tpinġija jiffurmaw il-mappa tad-dinja fl-iskola primarja tal-MSSP

F’intervista waqt edizzjoni oħra tal-programm What’s On Newsbook, li jixxandar kuljum f’nofsinhar fuq 103 Malta’s Heart, ir-Rettur tal-iskola tal-Missjunarji ta’ San Pawl fir-Rabat Fr Clinton Farrugia spjega x’kien il-ħsieb wara t-300 tpinġija li ffurmaw il-mappa tad-dinja fuq wieħed mill-ħitan tal-iskola.

Fr Clinton stqarr li bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq l-10 snin mill-ftuħ tal-iskola primarja tal-MSSP li għalihom kienu “barka li nservu lil dawn it-tfal” xtaqu jagħmlu proġett oriġinali f’liema proġett it-tfal ikunu protagonisti… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Ġunju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 13:2,5-18
Salm: 14 (15):2-3ab,3ċd-4ab,5

L-Evanġelju: Mt 7:6,12-14

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom.

Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti… Kompli aqra »