Il-Papa waqt l-Anġelus: Jien minn xiex nibża’?
25/06/2023 Pjazza San Pietru, il-VatikanGħeżież ħuti, il-jum it-tajjeb, il-Ħadd it-tajjeb!
Fl-Evanġelju tal-lum Ġesù jirrepeti lid-dixxipli tiegħu għal tliet darbiet: “Tibżgħux” (Mt 10, 26.28.31). Ftit ħin qabel kien kellimhom dwar il-persekuzzjonijiet li kellhom isofru minħabba l-Evanġelju, realtà li għada attwali: infatti l-Knisja, sa mill-bidu nett tagħha, flimkien mal-ferħat – u kien hemm ħafna minnhom! – ġarrbet ukoll tant persekuzzjonijiet. Donnu paradossali: it-tħabbira tas-Saltna hi messaġġ ta’ paċi u ġustizzja, msejjes fuq il-karità fraterna u fuq il-maħfra, madankollu jġarrab oppożizzjoni, vjolenza u persekuzzjonijiet. … Kompli aqra »