Arkivji mensili: Lulju 2023

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ Lulju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 2:1-15a
Salm: 68 (69):3,14,30-31,33-34

L-Evanġelju: Mt 11:20-24

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies tal-ixkejjer u l-irmied. Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom… Kompli aqra »

Nafdaw kollox f’idejn il-Madonna – L-Arċisqof

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena, aħna u niċċelebraw il-festa solenni ta’ Sidtna Marija taħt it-titlu sabiħ tal-Madonna tal-Karmnu, għandna fostna r-relikwa tal-labtu li jlibbes lil San Ġwanni Pawlu II. Ta’ żagħżugħ, skopra d-devozzjoni lejn il-Madonna, mgħallma minn San Luiġi Grignion Maria de Montfort, u Karol Wojtyla, ta’ żagħżugħ, ikkonsagra ruħu lill-Madonna. Il-Formola tal-Konsagrazzjoni li kkompona San Luiġi Grignion Maria de Montfort – jafuh ħafna dawk li huma midħla tal-Legion of Mary – tibda b’dawn iż-żewġ kelmiet: ‘Totus Tuus’, – ‘Jiena kollni tiegħek’… Kompli aqra »

Noqogħdu attenti – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Oqogħdu attenti mill-bnedmin!” (Mt 10:17) Dan huwa l-kliem li jgħid Ġesù lill-appostli tiegħu llum, fl-Evanġelju skont San Mattew. Jgħid dan il-kliem mhux biex inissel il-biża’ jew l-ansjetà fl-appostli tiegħu, imma biex jgħinhom ħalli jagħrfu joqogħdu attenti.

Hawnhekk Ġesù jsemmi erba’ tipi ta’ annimali, b’mod figurattiv, u jwassal messaġġ tajjeb ħafna permezz tagħhom, messaġġ li nistgħu nifhmuh. Jgħid: “qed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup” (Mt 10:16)… Kompli aqra »

L-Isqof Awżiljarju jmexxi pellegrinaġġ f’Lourdes

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi llejla filgħaxija se jħalli Malta biex imexxi l-pellegrinaġġ annwali djoċesan għall-morda f’Lourdes, organizzat mill-Għaqda Maltija għat-Trasport tal-Morda f’Lourdes (UMTAL). L-Isqof se jkun akkumpanjat minn Dun Joseph Mizzi, id‑direttur spiritwali tal‑UMTAL, u Patri Wistin Attard OFM Cap.

Għal dan il-pellegrinaġġ se jattendu 180 persuna: 48 pazjent, 64 pellegrin u 68 voluntier li jinkludu 5 tobba, 6 infermiera, 3 spiżjara u 7 studenti infermiera… Kompli aqra »

Inawgurat ir-restawr tal-faċċata tal-Knisja Parrokkjali tal-Qrendi

Tlesta l‑proġett ta’ restawr fuq il‑faċċata, u fuq il‑ġenb tal‑kampnar tax‑xellug tal‑knisja parrokkjali tal‑Qrendi, proġett li sar b’investiment ta’ €84,000 li 80% minnhom kienu kofinanzjati minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġett ġie inawgurat mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Chris Bonett u mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi. Preżenti għall‑inawgurazzjoni kien hemm ukoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, l‑Amministratur Parrokkjali Dun Mario Said.

Permezz ta’ dan ix‑xogħol ta’ restawr, li għalih ikkontribwixxew ukoll il‑parruċċani tal‑Qrendi, tnaddfet il‑ġebla tal‑faċċata u tal‑kampnar, u xi wħud mill‑ġebel kellu jinbidel minħabba deterjorazzjoni tal‑ġebla kawża tal‑espożizzjoni għall‑elementi naturali u t‑tniġġis tal‑arja. 

Waqt l‑inawgurazzjoni ta’ dan il‑proġett, l‑Isqof Joseph Galea‑Curmi rringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom f’din il‑ħidma flimkien ta’ restawr tal‑knisja tal‑Qrendi… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Anġelus: Kif bdiet il-fidi tiegħi?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum jippreżentalna l-parabbola tal-bidwi li ħareġ jiżra’ (cfr Mt 13,1-23).  It-tixbiha taż-żergħa hi sabiħa ħafna u Ġesù jużaha biex jiddeskrivi d-don tal-Kelma tiegħu.  Nimmaġinaw żerriegħa waħda: żgħira, kważi lanqas taraha, imma tkabbar pjanti li jagħtu l-frott. Hekk hi l-Kelma t’Alla; niftakru fl-Evanġelju, mhux ktieb kbir, jista’ jiksbu kulħadd, li jipproduċi ħajja ġdida f’min jilqgħu.  Għalhekk, jekk il-Kelma hi ż-żerriegħa, aħna l-art: nistgħu nirċevuha inkella le.  … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 17 ta’ Lulju 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 1:8-14,22
Salm: 123 (124):1-3,4-6,7-8

L-Evanġelju: Mt 10:34 – 11:1

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art! Ġejt inġib mhux il-paċi, imma s-sejf. Iva, ġejt nifred lill-bniedem minn missieru, lill-bint minn ommha, u lill-mara minn omm żewġha; u l-bniedem ikollu n-nies ta’ daru stess għedewwa tiegħu.

Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min iħobb lil ibnu jew lil bintu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun tiegħi… Kompli aqra »

Nitolbu fuq pajjiżna biex il-Mulej isib fina poplu li lest jifhem biex inbiddlu ħajjitna għall-aħjar – L-Arċisqof

Quddiesa fil-15-il Ħadd matul is-sena

  Il-Knisja ta’ San Massimiljanu Kolbe, Buġibba

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Waħda miċ-ċirkustanzi fejn Ġesù stess jispjega t-tifsira, il-parabbola tiegħu u jgħidilna wkoll għaliex jitkellem bil-parabboli. Ħin minnhom jitkellem dwar uħud min-nies ta’ żmienu li kellhom, jgħid hu stess, qalbhom iebsa.

L-ewwel talba li nagħmlu llum fid-dawl tal-kelma tiegħu hi li l-Mulej irattab il-qalb tagħna. Irattab il-qalb tagħna għal xulxin u fuq kollox għall-kelma tiegħu li tistedinna nħobbu lil xulxin, nifhmu lil xulxin, u nagħdru lil xulxin… Kompli aqra »