Arkivji mensili: Jannar 2024

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 18:6-9; 19:1-7
Salm: 55 (56):2-3,9-10ab,10ċ-11,12-13

L-Evanġelju: Mk 3:7-12

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq flimkien mad-dixxipli tiegħu għan-naħa tal-baħar, u kotra kbira mill-Galilija marret warajh; u mil-Lhudija, minn Ġerusalemm, mill-Idumija, min-naħa l-oħra tal-Ġordan, u mill-inħawi ta’ Tir u Sidon, kotra kbira ta’ nies, li semgħu b’kulma kien għamel, marru ħdejh.

Hu qal lid-dixxipli tiegħu biex iżommulu dgħajsa mħejjija fil-qrib minħabba l-kotra, biex ma jagħfsux fuqu; għax billi kien fejjaq ħafna nies dawk kollha li kellhom xi mard kienu jrossu fuqu biex imissuh… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza – In-namur hu wieħed mis-sentimenti l-aktar safja

  Awla Pawlu VI, Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nisimgħuha sewwa l-katekeżi, għax wara se jkollna lil taċ-ċirku li se jagħmlu xi ħaġa hawn biex niddevertu ftit.

Inkomplu hawn il-mixja tagħna fuq il-vizzji u l-virtujiet; u l-Missirijiet tal-qedem jgħallmuna li, wara l-gula, it-tieni “demonju”, jiġifieri vizzju, li dejjem issibu mdendel mal-bieb tal-qalb hu dak tal-lussurja. Waqt li l-gula hi l-kilba fil-konfront tal-ikel, dan it-tieni vizzju hu għamla ta’ “kilba” lejn persuna oħra, jiġifieri r-rabta avvelenata li l-bnedmin għandhom bejniethom, speċjalment fl-isfera tas-sesswalità… Kompli aqra »

Tmien rakkomandazzjonijiet għal prattiċi aktar siguri u ġusti fis-settur tal-kostruzzjoni f’Malta

The ‘Ejja Ejja’ Culture: Riċerka mill Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

  Il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi qed tipproponi tmien rakkomandazzjonijiet lill‑awtoritajiet u l‑partijiet kollha involuti fl‑industrija tal‑kostruzzjoni f’Malta sabiex dan il‑qasam ikun iktar sigur u ġust għall‑ħaddiema kollha. Il‑Kummissjoni qed tappella sabiex jittieħdu immedjatament azzjoni fuqhom għall‑ġid tal‑ħaddiem u tas‑soċjetà. Ir‑rakkomandazzjonijiet huma riżultat ta’ riċerka xjentifika li saret mill‑istess Kummissjoni dwar is‑saħħa u s‑sigurtà fl‑industrija tal‑kostruzzjoni f’Malta.

Dan il‑proġett beda aktar minn sena ilu b’reazzjoni għaż‑żieda fl‑inċidenti serji li rriżultaw fil‑mewt ta’ 25 ħaddiem tal‑kostruzzjoni bejn l‑2019 u l‑2022… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 17 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Samuel 17:32-33,37,40-51
Salm: 143 (144):1,2,9-10

L-Evanġelju: Mk 3:1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ daħal fis-sinagoga, u kien hemm raġel li kellu idu niexfa. U qagħdu jgħassulu jekk ifejqux f’jum is-Sibt, biex ikollhom fuqiex jixluh. Imma hu qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, ejja fin-nofs”. Imbagħad staqsa lilhom: “X’jiswa li tagħmel nhar ta’ Sibt, ġid jew deni? … Kompli aqra »

Bejn il-qadim u l-ġdid – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għaliex…id-dixxipli tiegħek ma jsumux?” (Mk 2:18) Din hija l-mistoqsija li għamlu lil Ġesù, kif naraw fl-Evanġelju skont San Mark, u jagħmluhielu d-dixxipli ta’ Ġwanni u l-Fariżej li kienu huma sajmin imma nnutaw li d-dixxipli ta’ Ġesù ma kinux qed isumu bħalma kienu qed jagħmlu huma. Innutaw li l-mistoqsija lil Ġesù mhijiex għaliex hu mhux qed isum, imma għax id-dixxipli tiegħu – u għalhekk b’xi mod qisu responsabbli hu – għaliex dawn mhumiex qed isumu… Kompli aqra »

“Ġesù l-GPS ta’ ħajjitna” – Sr Bartholomea tagħlaq 100 sena

Sr Bartholomea Gauci fit-12 ta’ Jannar għalqet 100 sena!

“Għandna bżonn nidħlu fil-GPS ta’ Ġesù għax dik hija l-unika triq li twasslek għall-ġenna,” hekk stqarret Sr Bartholomea meta Newsbook.com.mt iltaqa’ magħha lejliet għeluq sninha. Il-ġurnal skopra minn fejn ġiet is-sejħa tagħha, l-involviment tagħha fil-parroċċa ta’ San Bastjan u l-imħabba ferventi li għandha għal Kristu. Magħha kantajna wkoll ‘happy birthday’ u għoddejna sal-100! … Kompli aqra »

Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2024

Mill‑Ħamis 18 ta’ Jannar 2024, l‑Insara kollha madwar id‑dinja se jiċċelebraw il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara li se tintemm il-Ħamis 25 ta’ Jannar. Matul din il‑ġimgħa, il‑Knejjes differenti jingħaqdu għal talb ekumeniku biex isseħħ l‑għaqda fost l‑Insara. It‑tema ta’ din is‑sena hi meħuda mill‑Evanġelju ta’ San Luqa: “Għandek tħobb il-Mulej Alla tiegħek … u lil għajrek bħalek innifsek” (10:27). Din is‑sena, it‑tema u l‑materjal ta’ talb tħejja minn grupp ekumeniku fil-Burkina Faso, pajjiż fil-qalba tal-Afrika… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Jannar 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 16:1-13
Salm: 88 (89):20,21-22,27-28

L-Evanġelju: Mk 2:23-28

F’dak iż-żmien, f’jum is-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu, huma u mexjin, bdew jaqtgħu s-sbul. U l-Fariżej staqsewh: “Ara! Għaliex qegħdin jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”

U hu qalilhom: “Qatt ma qrajtu x’għamel David meta kien fil-ħtieġa u ħadu l-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu, kif daħal fid-dar ta’ Alla, fi żmien il-qassis il-kbir Abjatar, u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li ħadd ma kien jista’ jieklu ħlief il-qassisin, u ta minnu wkoll lil min kien miegħu!” U qalilhom: “Is-Sibt kien magħmul għall-bniedem, u mhux il-bniedem għas-Sibt… Kompli aqra »