L-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka: Inkunu ta’ servizz għal xulxin
Il-Quddiesa fit-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
28/03/2024 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Il‑kalċi mbierek hu xirka mad‑demm ta’ Kristu (Salm 115). Id‑demm hu l‑ħajja u allura meta llum niddikjaraw u llum b’mod speċjali nfakkru b’mod solenni x‑xirka tagħna mal‑kalċi mbierek, nifhmu wkoll ix‑xirka tagħna mal‑ħajja ta’ Ġesù u nilqgħu mingħandu d‑don tal‑ħajja.
L‑Ewkaristija hi dik li tgħaqqadna miegħu. F’kapitlu 6 ta’ San Ġwann, Ġesù jinsisti li hu ġie fid‑dinja bħala l‑ħobż tal‑ħajja… Kompli aqra »