Arkivji mensili: Marzu 2024

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 3:14-20,91-92,95
Salm: Dan 3:52,53-54,55-56

L-Evanġelju: Ġw 8:31-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom.” Qalulu: “Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta’ ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?”

Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, li kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub… Kompli aqra »

San Ġużepp: raġel ġust li tgħallem jafda fil-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Ġużepp

  Il-Knisja ta' Ġieżu, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija” (Mt 1:20). Min hu dan Ġużeppi? L-Evanġelista San Mattew jgħidilna li kien bin David, min-nisel ta’ David.  Għalhekk il-belt ta’ missirijietu kienet Betlehem. Imma hu raġel, li għażel li jgħix f’belt ċkejkna, jisimha Nazaret, belt tal-Galilija u mhux tal-Lhudija; belt li ma kellhiex fama mill-aqwa. “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” (Ġw 1:46); l-ebda profeta ma jista’ joħroġ minn Nazaret… Kompli aqra »

Ħanin u twajjeb il-Mulej – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Beda jikteb b’sebgħu fit-trab” (Ġw 8:6). Dan hu li naqraw fuq Ġesù li kien qiegħed it-tempju, u l-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li nqabdet fl-adulterju. Staqsewh x’jagħmlu, jekk jimxux mal-liġi ta’ Mosè li kienet tgħid li nies bħal dawn iħaġġruhom. Dil-mistoqsija ma għamluhiex lil Ġesù għax kellhom xi dubju, jew biex jiċċaraw l-affarijiet, imma, kif jgħid l-Evanġelju, “biex iġarrbuh” (Ġw 8:6)… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa ta’ San Ġużepp – 19 ta’ Marzu 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Little Sisters of the Poor, il-Ħamrun

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Marzu

San Ġużepp, l-Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7:4-5a,12-14a,16
Salm: 88:2-5,27,29
It-Tieni Qari: Rum 4:13,16-18,22

L-Evanġelju: Mt 1:16,18-21,24a (jew jista’ jinqara: Lq 2:41-51a)

Ġakobb nissel ’il Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu Kristu. It-tnissil ta’ Ġesù Kristu sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, ħarġet tqila bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

Sōtēr: Ktieb b’talb tradizzjonali għar-Randan, il-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta nediet il‑pubblikazzjoni Sōtēr (Salvatur), li tiġbor flimkien talb komunitarju tradizzjonali tar‑Randan, il‑Ġimgħa Mqaddsa u l‑Għid. It‑talb hu miktub f’forma poetika u artistika. Permezz ta’ dan il‑ktieb, il‑qarrej hu mistieden jirrifletti dwar is‑sbuħija tal‑passjoni tal‑Mulej u d‑dawl tal‑qawmien tiegħu minn lenti kontemporanja. Il‑meditazzjonijiet spiritwali jinkludu l‑Venerazzjoni tas‑Salib, il‑Via Matris, is‑Seba’ Waqfiet, il‑Via Crucis u l‑Via Lucis.

Mal‑meditazzjonijiet hemm ukoll ħames kollezzjonijet ta’ pitturi, kull waħda magħmula apposta minn artisti Maltin sabiex jakkumpanjaw it‑talb… Kompli aqra »

Bħal ħabba tal-qamħ – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Nixtiequ naraw lil Ġesù” (Ġw 12:21).  Din kienet it-talba li xi Griegi għamlu lil Filippu, wieħed mid-dixxipli ta’ Ġesù, għax xtaqu jaraw lil Ġesù. Kellhom din il-kurżità, u tkellmu ma’ Filippu, li mbagħad mar isib lil Indrì, dixxiplu ieħor, u t-tnejn li huma marru jgħidu lil Ġesù.

Tolqotna ħafna r-reazzjoni ta’ Ġesù.  Jgħid: “Waslet is-siegħa li fiha Bin il-bniedem ikun igglorifikat” (Ġw 12:23)… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus – Liema glorja rrid għalija?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum, il-ħames Ħadd tar-Randan, kif qed nersqu lejn il-Ġimgħa Mqaddsa, fl-Evanġelju (cfr Ġw. 12-20-33), Ġesù jgħidilna xi ħaġa importanti: li fuq is-salib nilmħu l-glorja tiegħu u ta’ Missieru (cfr vv. 23.28)

Kif jista’ jkun li l-glorja tal-Missier tidher propju hemm, fuq is-Salib? Wieħed jasal jifhem li dan kellu jseħħ fil-qawmien, mhux fuq is-Salib, li hu telfa, falliment!  … Kompli aqra »

Erġa’ Agħti Dinjità – Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju 2024

Is-Segretarjat Assistenza Soċjali (SAS) tal-Azzjoni Kattolika Maltija (VO/1743) għal darb’oħra se jerġa’ jorganizza l-Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju bejn id-Duluri, il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu u l-Ġimgħa l-Kbira, fid-29 ta’ Marzu 2024. Permezz ta’ din il-kampanja, is-Segretarjat Assistenza Soċjali jipprova jqajjem iktar kuxjenza fost il-poplu Malti għar-responsabbiltà li għandu lejn kull min ikun għaddej minn xi forma ta’ tbatija, speċjalment dawk foqra ekonomikament.

It-titlu tal-kampanja li ntagħżel għal din is-sena hu Erġa’ Agħti Dinjità… Kompli aqra »