Yearly Archives: 2024

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ April 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 7:51 – 8:1a
Salm: 30 (31):3ċd-4, 6ab u 7b u 8a, 17 u 21ab

L-Evanġelju: Ġw 6:30-35

F’dak iż-żmien, in-nies staqsew lil Ġesù: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub: ‘Tahom jieklu ħobż mis-sema.’”

Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja.”

Qalulu huma: “Sinjur, agħtina dejjem minn dan il-ħobż.” Weġibhom Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja… Kompli aqra »

Serenità u kuraġġ – L-Isqof Galea-Curmi

  Pax et Bonum, il-Mosta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Is-sliem għalikom” (Lq 24:36). Din hija t-tislima li jagħti Ġesù meta jidher lid-dixxipli tiegħu wara li qam mill-mewt. U kull meta jiltaqa’ magħhom, dejjem jagħtihom din it-tislima: “is-sliem għalikom”. Hija mhux biss tislima, imma hi fil-fatt realtà, għaliex Ġesù hu dak li jġib tassew il-paċi fil-qalb tad-dixxipli tiegħu. Niftakru li kien qalilhom dan fl-Aħħar Ċena, bħalma naqraw fl-Evanġelju skont San Ġwann: “Jien inħallilkom is-sliem… Kompli aqra »

Il-Papa fir-Regina Caeli – Kemm hu importanti li naqsmu l-fidi ma’ xulxin

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb u l-Ħadd it-tajjeb!

Illum l-Evanġelju joħodna lura lejn l-Għid filgħaxija. L-Appostli huma miġburin fiċ-Ċenaklu, x’ħin minn Għemmaws jaslu lura ż-żewġ dixxipli biex jirrakuntaw il-laqgħa tagħhom ma’ Ġesù. U filwaqt li jkunu jesprimu l-ferħ tal-esperjenza li kienu għaddew minnha, l-Irxoxt jidher lill-komunità kollha. Ġesù jasal propju fil-ħin li huma qed jaqsmu flimkien ir-rakkont tal-laqgħa miegħu. Dan iġiegħlni nifhem kemm hu importanti li naqsmu l-fidi ma’ xulxin.  … Kompli aqra »

L-applikazzjoni emendata għal kafetterija fil-parroċċa ta’ Raħal Ġdid teskludi tisjir fuq il-post

Il‑Parroċċa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid se temenda l‑applikazzjoni tal‑ippjanar tagħha għal kafetterija żgħira fuq il‑bejt tal‑knisja sabiex tispeċifika li ebda ikel ma jista’ jissajjar fuq il‑post.

Wara diskussjonijiet li saru bejn l‑Arċidjoċesi ta’ Malta u l‑kappillan Dun Marc André Camilleri, intlaħaq qbil li minflok liċenzja ta’ 4D, il‑parroċċa tapplika għal liċenzja ta’ 4C li ma tippermettix li jsir tisjir fuq il‑post… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 15 ta’ April 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6:8-15
Salm: 118 (119):23-24,26-27,29-30

L-Evanġelju: Ġw 6:22-29

L-għada li Ġesù mexa fuq il-baħar, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom. Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr… Kompli aqra »

Kjarifika mill-Parroċċa ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid

Nixtiequ niċċaraw rapport fil-media bl-isem ‘Restaurant proposed on top of Paola parish church’. 

Għall-kuntrarju ta’ dak li ġie rrappurtat, il-parroċċa m’għandha l-ebda intenzjoni li tiftaħ ristorant fuq il-bejt tal-knisja. L-intenzjoni hi li tintuża kamra f’wieħed mill-kampnari eżistenti u fiha jkun hemm kafetterija żgħira għall-parruċċani u l-viżitaturi.

L-imwejjed u s-siġġijiet se jitpoġġew barra iżda mhux se jiżdiedu strutturi oħra. Mhux se jkun hemm impatt negattiv fuq il-valur estetiku tal-knisja… Kompli aqra »

Inħallu qalbna miftuħa għal kulħadd bħalma għamel San Publiju – L-Arċisqof

Pontifikal fil-festa ta' San Publiju

  Il-Knisja Arċipretali ta' San Publiju, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-antifona sabiħa ta’ San Publiju, li titkanta u tindaqq fil-festa solenni li nagħmlulu, kif jixraq, lil Publiju nagħtuh dan it-titlu sabiħ: O Melitæ digna proles – ‘Wild dehen ta’ Malta’. Ippermettuli din is-sena, naqsam magħkom ħsieb qasir, ispirat minn dan it-titlu li aħna nagħtu lil San Publiju, li wkoll hu taħt l-apside ta’ din il-Knisja.

Il-Kelma ‘Malta’ għandha żewġ etimoloġiji… Kompli aqra »

B’qalb kbira – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'lejlet il-festa ta' San Publiju

  Il-Knisja Arċipretali ta' San Publiju, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fil-ġrajja mqallba tat-tempesta li fiha sab ruħu l-ġifen li fuqu kien hemm Pawlu, li spiċċa f’nawfraġju ma’ gżira “jisimha Malta” (Atti 28:1), żgur li jolqotna ħafna l-Prinċep tal-gżira, Publju. Ftit hemm fuqu fl-Atti tal-Appostli, imma l-ftit li hemm jgħidilna ħafna fuq Publju li bir-raġun inqimuh bħala Patrun mhux biss tal-Furjana imma ta’ Malta.

Nixtieq li nsemmi tliet punti li joħorġu b’mod tant ċar fir-rakkont tal-Atti tal-Appostli, u li huma ta’ għajnuna għalina f’ħajjitna… Kompli aqra »