• 28 ta’ April – 4 ta’ Mejju

  • It-Tnejn          
     
    It-Tlieta          
    8.35 a.m.         L-Arċisqof jirritorna lura Malta minn Ruma.
    5.00 p.m.         L-Arċisqof u l-Isqof Awżiljarju jilqgħu lil Mons Peter Baldacchino, Isqof Awżiljarju ta’ Miami, għal żjara ta’ kortesija, fir-residenza tal-Arċisqof, Ħ’Attard.
    7.30 p.m.         L-Arċisqof imexxi djalogu maż-żgħażagħ organizzat mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ fil-bitħa ta’ Palazzo de la Salle, il-Belt Valletta.

    L-Erbgħa
    9.30 a.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Arċipriet ta’ Ħaż-Żebbuġ fil-Kurja, bi tħejjija għaż-Żjara Pastorali tiegħu fil-Parroċċa.
    11.00 a.m.       L-Arċisqof iżur il-ħaddiema tal-Qorti u jiċċelebra Quddiesa, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem.
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jieħu sehem f’Quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkażjoni tal-ħatra ta’ Mons Peter Baldacchino bħala Isqof ta’ Miami, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Il-Ħamis         
    11.30 a.m.       L-Arċisqof iżur il-Kapitlu Provinċjali tal-Patrijiet Tereżjani, Birkirkara.
    6.30 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkażjoni tat-tieni Ċentinarju tar-Restawrazzjoni tas-Soċjetà tal-Ġiżwiti, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Il-Ġimgħa
    10.00 a.m.       L-Arċisqof iżur l-impjegati tal-ħwienet fil-Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid, fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem.
    6.30 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa u jagħti l-Ministeru tal-Lettorat lil ħames seminaristi, fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar.

    Is-Sibt
    9.30 a.m.         L-Arċisqof  jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, il-Kurja.
    6.00 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa, u wara jiltaqa’ man-nies.

    Il-Ħadd
    9.15 a.m.         L-Arċisqof jiċċelebra l-Pontifikal Solenni fil-festa ta’ San Publiju, fil-Knisja Parrokkjali tal-Furjana.
    6.30 p.m.         L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament fl-okkażjoni tal-Kanonizzazzjonijiet tal-Papa Ġwanni XXIII u l-Papa Ġwanni Pawlu II, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant Elena, Birkirkara.