It-Tnejn

9.15 a.m.          L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu f’Ħ’ Attard.

It-Tlieta

9.30 a.m.         L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali flimkien mal-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri Reliġjużi.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa wara l-pellegrinaġġ f’għeluq il-175 sena tal-Istatwa ta’ Santa Marija, fil-parroċċa tal-Qrendi.

L-Erbgħa

11.00am         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan ta’ Gwardamanġa, bi tħejjija għall-żjara pastorali, fil-Kurja.

5.00 p.m.          L-Arċisqof jattendi t-tnedija uffiċċjali tan-news portal Newsbook.com.mt, fl-okkażjoni tal-20 sena mit-twaqqif ta’ Radju RTK, fil-lukanda The Palace, Sliema.

Il-Ħamis

8.30 a.m.          L-Arċisqof imexxi Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tal-Qaddisin Kollha fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Il-Ġimgħa

8.30 a.m.          L-Arċisqof imexxi Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tal-Erwieħ Kollha fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

11.00 a.m.       L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi u reliġjużi li se jiġu ordnati djakni u jiekol magħhom, fir-residenza tiegħu f’Ħ’Attard.

6.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Grupp Adolexxenti fiċ-Ċentru tal-Kapuċċini bħala parti miż-Żjara Pastorali li qed jagħmel fil-                                     Kalkara.

7.30 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Grupp taż-żgħazagħ fiċ-Ċentru tal-Kapuċċini, l-Kalkara.

Is-Sibt

9.30 p.m.          L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Presbiterali, l-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Diakonija fis-Sala Yvonne, fi Gwardamanġa.

6.00 p.m.         L-Arċisqof  jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Gwardamanġa bħala ftuħ tal-Viżta Pastorali u wara jiltaqa’           man-nies.

8.00 p.m.         L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Patrijiet Dumnikani u wara jiekol magħhom fil-kunvent, Gwardamanġa.

Il-Ħadd

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma fil-parroċċa tal-Kunċizzjoni l-Ħamrun.

5.30 p.m.         L-Arċisqof jikkonsagra sitt djakni ġodda fil-Knisja Parrokkjali tal-Mosta.