Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Scicluna f’Jannar 2024
31/12/2023Koppja tingħata tifkira mill-Arċisqof Charles Scicluna wara l-quddiesa għall‑koppji li żżewġu fl‑2022 fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta
Matul ix‑xahar ta’ Jannar, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook.com.mt, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »