Editorjali

Nippromwovu l-ġid komuni u s-sitwazzjoni f’Malta

  • L-għada li l-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għad-distribuzzjoni ġusta tal-ġid komuni u staqsa jek il‑ġid li qed jinħoloq fis‑soċjetà tagħna hux qed joħloq disparità ekonomika, ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li qed tikber id-differenza bejn is-setgħana u l-foqra.

    L-appell tal-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza, biex l-awtoritajiet jagħtu aktar kas ta’ dawk il‑membri l‑iktar dgħajfa tas‑soċjetà, hija aktar urġenti meta wieħed jikkunsidra li l-persuni li fl-2016 kieu fir-riskju ta’ faqar ammontaw għal 69,920, skont l-NSO…

  • Kompli aqra »

Inqumu kontra l-biża’

  • Ilkoll konna maħsudin bil-qtil barbaru ta’ Daphne Caruana Galizia. Nikkundannaw bl-iżjed mod kategoriku l-qtil ta’ persuna, hi min hi u irrispettivament wieħed x’jaħseb dwarha. Il-mewt tas-Sinjura Caruana Galizia hija disfatta għal pajjiżna.

    F’dan il-mument kritiku għandna bżonn nuru solidarjetà mal-ġurnalisti kollha tagħna, u nitolbuhom ma jkunux skjavi ta’ min iħallashom imma qaddejja tal-libertà u tal-verità. Aħna, il-poplu, għandna bżonn is-servizz tal-ġurnalisti biex nibqgħu poplu ħieles…

  • Kompli aqra »

Appell lill-Parlament Malti

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Mario Grech qed jappellaw lill-Parlament Malti sabiex wara li approva l-emendi fl-Att dwar iż-Żwieġ u Liġijiet oħrajn, ma jiħux miżuri oħra li jnaqqsu d‑dinjità tal‑ulied, bħal pereżempju l‑kiri tal‑ġuf (surrogacy) u d‑donazzjoni tal‑gameti (gamete donation).

    Dan l-appell qed isir sabiex is‑soċjetà tagħna tibqa’ tagħraf li l‑ulied huma don li għandu jkollhom dejjem l‑ambjent adattat fejn jitnisslu, jitwieldu u jikbru b’mod seren u b’ħafna mħabba…

  • Kompli aqra »

Twelid mill-ġdid bil-maħfra, l-għaqda u d-diversità

  • Fil-messaġġ tiegħu tal-Għid il-Ħamsin, il-Papa Franġisku saħaq li l-Knisja Kattolika qed tħabbat wiċċha ma’ żewġ tentazzjonijiet: “tfittex id-diversità mingħajr l-għaqda” u “tfittex l-għaqda mingħajr id-diversità.”

    Il-Papa fakkar li dawn it-tentazzjonijiet imorru kontra l-Ispirtu ta’ Kristu Rxoxt, li f’Pentekoste għaqqad lid-dixxipli tiegħu billi tahom don differenti u bdew jitkellmu b’ilsna oħra (ara Atti 2,3-4).

    Semma l-periklu li jeżisti meta nimxu minn estrem għal ieħor, u qal li dawk li jwarrbu d-diversità jkunu qed iċaħħdu l-libertà u dawk li jinsew l-għaqda jkunu qed ikissru d-djalogu…

  • Kompli aqra »

Għażla għall-ġid komuni u għal soċjetà ġusta

  • Fit-3 ta’ Ġunju li ġej, kull ċittadin għandu responsabbiltà li jagħżel lil min se jafda t-tmexxija ta’ pajjiżna fis-snin li ġejjin. L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Mario Grech jgħidu li din hi responsabbiltà serja li titlob minna li nippreparaw ruħna sew ħalli nagħmlu deċiżjoni infurmata, u li nivvutaw skont il-kuxjenza.

    L-Isqfijiet jgħidu wkoll li din ir-responsabbiltà titlob minna li nagħżlu persuni ta’ għaqal u integrità, li jgħożżu u jħaddnu l-valuri etiċi li nemmnu fihom bħala Insara…

  • Kompli aqra »

Il-mument l-iktar qawwi ta’ libertà reliġjuża

  • Il-qawmien ta’ Ġesù Kristu mill‑mewt joffri opportunità għalina lkoll, l-opportunità ta’ ħajja ġdida u eterna. Dan jiddependi minn kemm aħna lesti nħallu lil Ġesù jgħammar f’qalbna. Fil‑messaġġ tiegħu għall‑Għid, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jħeġġiġna biex ma nibżgħux niftħu qalbna għal Ġesù. Il‑Mulej Ġesù hu umli u dejjem jistedinna: “Ejjew u taraw” (Ġw1, 39).

    Minkejja r‑rebħa tiegħu fuq id‑dnub u l‑mewt, Ġesù xorta jħallina liberi nagħżlu jekk nimxux warajh jew niċħduh…

  • Kompli aqra »

Ir-Randan, id-dgħajjef u l-fqir

  • Fil-Quddiesa ta’ Ras ir-Randan, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jfakkarna li dan huwa żmien fejn ruħna terġa tiġġedded bl-atti ta’ karità, tat-talb u tas-sawm. Jgħid li r-Randan huwa “stedina kontinwa biex nindmu u nemmnu fil-Bxara t-tajba”. Fil-messaġġ tiegħu għar-Randan, il-Papa Franġisku jisħaq dwar il-virtù tal-karità u jistedinna biex “nagħrfu niftħu l-bibien tagħna għad-dgħajjef u għall-fqir”. Il-Papa jfakkarna li “l-Ispirtu s-Santu jmexxina lejn it-triq vera tal-konverżjoni, biex niskopru mill-ġdid id-don tal-Kelma ta’ Alla, nissaffew mid-dnub li jagħmina u naqdu lil Kristu preżenti f’ħutna fil-bżonn”…

  • Kompli aqra »

Stedina mill-Isqfijiet għall-Ħniena

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Mario Grech ħejjew linji-gwida għas-saċerdoti, għall-applikazzjoni ta’ Kapitlu Tmienja tal-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku Amoris Lætitia (Il-Ferħ tal-Imħabba). Dan il-kapitlu hu stedina għall-ħniena u għad-dixxerniment pastorali quddiem diversi realtajiet soċjali ta’ żmienna.  

    L-Isqfijiet jispjegaw li dawn il-linji-gwida huma intenzjonati li jsieħbu fit-triq tat-tfittxija lil dawk il-persuni li jixtiequ jaqraw l-istorja ta’ ħajjithom fid-dawl ta’ Ġesù…

  • Kompli aqra »

Paċi fl-Art lil Bnedmin ta’ Rieda Tajba

  • Fil-messaġġ li għamel l-Arċisqof Charles J. Scicluna waqt il-kampanja ‘Milied Flimkien’, huwa qal li fiż-żmien il-Milied għandna “nagħmlu ħilitna biex nevitaw kliem ta’ mibgħeda fuq xulxin”. Il-kliem tagħna kultant jikkuntrasta bil-qawwi ma’ dak li anġli ħabbru – “paċi fl-art lil bnedmin ta’ rieda tajba” (Lq 2, 14). Qal li kliem tagħna għandna nqisuh tajjeb, u li dan ir-rażan inkompluh anke matul is-sena. B’hekk biss issaltan il-paċi, meta n-nies b’rieda tajba jagħmlu t-tajjeb, flok id-deni…

  • Kompli aqra »

Inkabbru l-Orizzonti tal-Qlub Tagħna

  • Fil-bidu tal-Avvent, il-Papa Franġisku jinkoraġġina biex nirriflettu bejn il-kuntrast tal-ħajja tagħna ta’ kuljum u l-wasla mhix mistennija tal-Mulej. L-Evanġelju, qal il-Papa, mhux hemm biex ibeżżgħana, imma biex “biex inkabbru l-orizzonti tal-qlub tagħna” għal dimensjonijiet iktar lil hinn, li jagħtu tifsira għal ħajja tagħna ta’ kuljum.

    Din il-perspettiva, tgħinna biex inkunu “sobriji, u mhux iddominati mill-ġid ta’ din id-dinja” imma li jkun aħjar li kollox fil-post propju tagħhom…

  • Kompli aqra »