Il-Kelma tal-Arċisqof

Il-messaġġ tal-Arċisqof għall-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2018

  • Archbishop Charles J. Scicluna led a congregation of Christians from different Churches and Traditions at an Ecumenical Service during the Week of Prayer for Christian Unity. This was held on Friday, 19th January 2018, at the Basilica of the Nativity of the Virgin Mary, Senglea.

    The Week of Prayer for Christian Unity is being held between Thursday, 18th January and 25th January 2018…

  • Kompli aqra »

“F’persuni bħall-Isqof Silvestru Magro l-Knisja tidher fis-sbuħija vera tagħha, fil-martirju tagħha, fix-xhieda ta’ min jagħti ħajtu sal-aħħar” – L-Arċisqof

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Katidral tal-Imdina
    22 ta’ Jannar 2018

    “Inżomm lill-Mulej dejjem quddiemi għax bih f’leminti qatt ma nitħarrek” (S 15, 8). Min jaf kemm-il darba f’mumenti ta’ diffikultajiet enormi, f’mumenti ta’ solitudni u ta’ periklu għall-ħajja tiegħu stess, il-maħbub Isqof Silvestru ftakar f’dawn il-kliem tas-Salm 15: “Inżomm lill-Mulej dejjem quddiemi għax bih f’leminti qatt ma nitħarrek”…

  • Kompli aqra »

Ħidmet il-Little Sisters of the Poor fostna

Omelija waqt Quddiesa fl-okkażjoni taż-żjara tal-Madre Ġenerali tal-Little Sisters of the Poor

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Kappella ta’ Little Sisters of the Poor, il-Ħamrun

    20 ta’ Jannar 2018

    Id-dettall li Ġesù tilef moħħu jagħitihulna San Mark li, ħafna drabi, jgħidha kif tkun u ma tantx jaħsibha darbtejn. Jekk f’miraklu Ġesù jgħid ‘li beżaq’, San Luqa jgħid għamel ftit riq, iżjed pulit, imma San Mark huwa ġeneralment iżjed dirett…

  • Kompli aqra »

L-omelija tal-Arċisqof waqt il-Viżta Pastorali fil-Parroċċa tal-Qawra

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-knisja tal-Qawra bħala parti mill-Viżta Pastorali

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali tal-Qawra
    14 ta’ Jannar 2018

    San Ġwann fl-Evanġelju tal-lum jagħtina dizzjunarju qasir. Dan id-dizzjunarju fih erba’ kelmiet importanti. Meta Ġwanni l-Għammied jara lil Ġesù, ma jgħidilhomx lid-dixxipli tiegħu, ‘Araw, Ġesù minn Nazaret, il-mastrudaxxa’. Ma jgħidilhomx hekk. Jekk tiftakru sew fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, Ġwanni l-Battista jħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm u jgħid: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla” (Ġw 1, 36)…

  • Kompli aqra »

“Tħallux it-tieġ inessikom iż-żwieġ” – L-Arċisqof lill-għarajjes

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-għarajjes li ser jiżżewġu fl-2018

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta
    13 ta’ Jannar 2018

    Is-silta tal-Evanġelju li għadna kemm smajna hi dizzjunarju ċkejken għan-Nisrani. Fil-fatt hemm ċertu kliem, li kultant aħna neħduh for granted, li San Ġwann, li kiteb ir-raba’ Evanġelju, jispjegah.

    L-ewwel kelma li jfisser hija l-kelma ‘rabbi’ li tfisser mgħallem u dan huwa l-ewwel titlu ta’ Ġesù ta’ Nazaret, tal-mastrudaxxa li beda jsejjaħ id-dixxipli tiegħu…

  • Kompli aqra »

“San Gejtanu jagħżel it-triq tal-ubbidjenza, tal-umiltà, tal-eżempju: jagħżel it-triq tax-xhieda” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-anniversarju tat-tieni dehra mistika ta’ San Gejtanu

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Parroċċa ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun

    6 ta’ Jannar 2018      

    “Wasal il-waqt li nqum u naqtagħha, jew inbaxxi rasi u nerġa’ lura minn dak li qed nagħmel għaliex xejn ma jistħoqqli, jew ngħożż bl-umiltà kollha u nħaddem ir-rebħa t-teżor li ħalla f’idejja u hekk inkun il-qaddej tas-sid umli tiegħi.” Dan il-kliem San Gejtanu kitbu lill-omm spiritwali tiegħu li kien isejħilha ommu, is-Soru Laura Mignani, soru Agostinjana fi Brescia, f’ittra tat-28 ta’ Jannar 1518…

  • Kompli aqra »

“Fis-saċerdożju l-kewkba li twasslek għand Ġesù hija l-kewkba tal-ubbidjenza, u nassigurakom li l-ubbidjenza ġġiegħlek tmur f’tant postijiet differenti” – L-Arċisqof fis-Solennità tal-Epifanija tal-Mulej

L-Arċisqof jilqa' erba' seminaristi bħala kandidati għas-saċerdozju: Osmar Baldacchino (Siġġiewi), David Borg (Ħaż-Żabbar), Christopher Bugeja (Rabat) u Jonathan Debattista (Ħal Tarxien).

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    7 ta’ Jannar 2018 

    Il-Papa Franġisku lbieraħ offra meditazzjoni sabiħa fuq l-Evanġelju li għadna kemm smajna (Mt 2, 1-12). Jiena nixtieq nissuġġerixxi li naqraw ftit x’qal il-Papa. Hemm xi ħsibijiet li verament laqtuni u li nixtieq naqsamhom magħkom f’din il-festa solenni tal-Epifanija…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof waqt il-funeral tal-Isqof Adeodato Micallef: “Qum! Ħa jiddi wiċċek! Id-dawl tiegħek wasal!” (Is 60,1)

  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    6 ta’ Jannar 2018

    “Qum! Ħa jiddi wiċċek! Id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-Mulej” (Is 60, 1). Dan il-kliem ta’ faraġ minn kapitlu 60 tal-Ktieb tal-Profeta Isaija, jitħabbar ta’ kull sena fil-festa solenni tal-Epifanija tal-Mulej. Tħabbar ukoll fl-Epifanija tal-1982, meta San Ġwanni Pawlu II ordna lill-Isqof Francis Adeodato bħala Isqof…

  • Kompli aqra »

“Ejjew inkunu soċjetà li nafu nħennu, naħfru u nbierku lil xulxin” – L-Arċisqof fl-Ewwel tas-Sena

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

    1 ta’ Jannar 2018

    Ejjew illum aħna u nibdew sena ġdida nitolbu l-barka ta’ Sidtna Marija. Mons. Mikiel Azzopardi kien devot kbir tal-Madonna. Mhux ta’ b’xejn laqa’ l-ewwel residenti fil-11 ta’ Frar, fil-festa tal-Madonna ta’ Lourdes.

    Insellmu wkoll lis-sorijiet li kienu bdew jgħixu hawnhekk f’dan il-post imbierek, xahar qabel…

  • Kompli aqra »