Il-Kelma tal-Arċisqof

“Ġesù fuq is-Salib huwa skola ta’ libertà u ubbidjenza” – L-Arċisqof

L-Arċisqof ibierek Kurċifiss fil-Presbiterju tal-Knisja Parrokkjali tal-Immakulta Kunċizzjoni, il-Ħamrun

    •  
    • Nhar is-Sibt l-1 ta’ Ottubru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, f’Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, bierek kurċifiss ġdid fil-Presbiterju tal-Knisja Parrokjali tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun.    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
    • Knisja Parrokkjali tal-Kunċizzjon, il-Ħamrun

      1 ta’ Ottubru 2016

      “Mulej, kemm se ndum nokrob għall-għajnuna u int ma tismax?” (Ħab 1, 2)…

  • Kompli aqra »

“San Mikiel ifakkarna li għall-imħabba u għall-ħniena m’hemmx aqwa minn Alla” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Festa tal-Arkanġli Qaddisa

  • Nhar il‑Ħamis 29 ta’ Settembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑festa tal-Arkanġli San Mikiel, San Gabrijel u San Rafel, fil‑Kunvent tal‑Kapuċċini, il‑Furjana.   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kunvent tal-Kapuċċini, il-Furjana

    29 ta’ Settembru 2016

    Nirringrazzja lill-aħwa Franġiskani Kappuċċini tal-istedina li niġi hawnhekk niċċelebra l-festa tal-Arkanġli Mikiel, Gabrijel u Rafel….

  • Kompli aqra »

“Alla mhux qed isejjaħlek għas-suċċess imma għall-fedeltà” – L-Arċisqof

Diskors tal-Arċisqof f’Jum it-Tagħlim Nisrani mal-Katekisti u l-għalliema tar-Reliġjon fil-bidu ta' sena kateketika ġdida

  • Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna għamel Diskors f’Jum it-Tagħlim Nisrani mal-katekisti u l-għalliema tar-Reliġjon li se jibdew sena kateketika ġdida. Il-laqgħa saret fis-Santwarju Ħniena Divina, in-Naxxar.    L-Arċisqof semma’ diversi punti importanti dwar il-viżjoni ta’ kif katekist għandu jgħallem u jaġixxi matul il-formazzjoni tat-tfal li qed jgħallem. Fosthom, il-katekist għandu:   
    • Jattira lit-tfal b’dak li jattirahom
    • Jiffoka l-katekeżi tiegħu fuq id-dover ċiviku
    • Iwassal katekeżi bħala esperjenza ta’ fejqan
    • Iwassal lit-tfal bl-imħabba, il-ħniena ta’ Alla
    • Jirrakkonta b’ħeġġa stejjer ta’ qaddisin martri żgħażagħ
    • Ikun konxju mid-dgħufija tiegħu, tal-Knisja u tat-tfal li jgħallem
    • Jgħin lit-tfal jiżviluppaw intelliġenza li turi kompassjoni lejn ħaddieħor
    • Ma jiġġudikax is-sitwazzjoni tal-familji tat-tfal, imma minflok ipoġġi l-imħabba

      Messaġġ tal-Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

Aktar minn 17,000 student fl-Iskejjel tal-Knisja jibdew sena skolastika ġdida

  • F’dawn il-jiem, 17,182 student qed jibdew sena skolastika ġdida fl-Iskejjel tal-Knisja, f’Malta u Għawdex. Dawn jinkludu 2,153 tifel u tifla li ser jibdew jattendu skola tal-Knisja għall-ewwel darba jew li biddlu l-iskola. L-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja huma maqsumin kif ġej:

    • 1,023 student fil-livell ta’ kindergarten,
    • 7,840 student li jattendu l-iskejjel primarji,
    • 7,520 student li jattendu l-iskejjel sekondarji, u
    • 799 student li jattendu s-Sixth Forms…
  • Kompli aqra »

L-Aspirazzjonijiet Fundamentali tal-Umanità bħala Kriterju għal Governanza Tajba – L-Arċisqof

Omelija tal-Arċisqof f'Jum l-Indipendenza 2016

  • L-Erbgħa 21 ta’ Settembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni ta’ Jum l‑Indipendenza, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

     

    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube

    • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • L-Aspirazzjonijiet Fundamentali tal-Umanità bħala Kriterju għal Governanza Tajba


    Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    21 ta’ Settembru 2016

    Sa mill-eqdem żminijiet, il-filosofija ppruvat tiskopri u tesprimi l-aspirazzjonijiet fundamentali tal-umanità…

  • Kompli aqra »

“Il-ħarsa ta’ Marija hija ħarsa ta’ ħniena, bħal ta’ Ġesù” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jmexxi pellegrinaġġ lejn is‑Santwarju Nazzjonali tal‑Madonna tal‑Mellieħa

  • Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Settembru 2016, l‑Arċisqof mexxa pellegrinaġġ lejn is‑Santwarju Nazzjonali tal‑Madonna tal‑Mellieħa u wara ċċelebra Quddiesa biswit is-Santwarju.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Santwarju Nazzjonali tal-Madonna tal-Mellieħa

    21 ta’ Settembru 2016

    Il-Qari li għanda kemm smajna huwa meħud mill-Quddiesa votiva bit-titlu sabiħ: Il-Verġni Mqaddsa Marija Għajnuna tal-Insara…

  • Kompli aqra »

“Il-missjoni tagħkom ħuduha wkoll bħala sejħa għall-ħajja eżemplari” – L-Arċisqof lill-għalliema

L-Arċisqof jiltaqa' mal-għalliema, LSA's u Kindergarten Assistants ġodda li jaħdmu fl-Iskejjel tal-Knisja

    • Nhar it-Tnejn 19 ta’ Settembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa’ mal-għalliema, LSA’s u Kindergarten Assistants ġodda li ġew impjegati mal-iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex. Il-laqgħa saret f’St Paul’s Missionary College, ir-Rabat.   Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna 
    •  

      St Paul’s Missionary College, Rabat

      19 ta’ Settembru 2016

      Jiena nixtieq nagħtikom kelma ta’ merħba, u nsellmilkom individwalment…

  • Kompli aqra »

“Nitolbu lil Marija tagħtina d-dehen li nagħmlu r-rieda tal-Mulej” – L-Arċisqof

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja tas-Samra, il-Ħamrun

  • It‑Tnejn 12 ta’ Settembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil‑Knisja tas‑Samra, il‑Ħamrun. Il-Knisja tas-Samra fil-Ħamrun ġiet elevata għal Santwarju u aggregata affiljata mal-Bażilika Rjali Minuri ta’ Atocia fi Spanja, minn fejn inġiebet ix-xbieha mirakuluża fl-1603.

    Il-Knisja ġiet elevata għal Santwarju b’digriet tal-Arċisqof Charles J. Scicluna wara rikors tal-Kappillan tal-Paroċċa San Gejtanu Dun Walter Cauchi fuq suġġeriment ta’  Dun Andrew Borg, ir-Rettur preżenti tal-Knisja…

  • Kompli aqra »

“Ejjew bħal Marija, nagħmlu li jgħidilna Ġesù” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż Żabbar

  • Il‑Ħadd 11 ta’ Settembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tal‑Madonna tal‑Grazzja, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż Żabbar.   Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar 10 ta’ Settembru 2016   Għeżież Personalitajiet distinti, għeżież Żabbarin, jiena nirringrazzjahom bil-qalb tal-ħidma tagħhom u aħna lkoll nirringrazzjawkom f’isem Sidtna Marija u Binha Ġesu. Nirringrazzja ħafna lill-personalitajiet distinti li għoġobhom jiġu biex jiċċelebraw magħna, insellem lilek Onorevoli Ministru Dalli, Onorevolu Ministru Mizzi, is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo, kif ukoll is-Sindku…
  • Kompli aqra »

“Jalla inti tkun ikona sabiħa tal-ħniena tal-Mulej” – L-Arċisqof

L-Arċisqof imexxi Velja ta' Talb għall-Isqof-elett Mons. Carmel Zammit

  • It-Tlieta 6 ta’ Settembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa Velja ta’ Talb bi tħejjijagħall‑Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Carmelo Zammit, Isqof-elett ta’ Ġibiltà. Matul il-Velja, Monsinjur Arċisqof bierek l-Insinji Episkopali li ser jintużaw dakinhar tal-Ordinazzjoni Episkopali. Il-Velja ta’ Talb saret fil-Knisja Parrokkjali tal-Gudja. Mons. Zammit twieled il-Gudja, u jgħix hemmhekk.

      

    Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja Parrokkjali tal-Gudja   6 ta’ Settembru 2016

     

    Insellem lill-Isqof-elett, Mons…

  • Kompli aqra »