Il-Kelma tal-Arċisqof

Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna waqt it-Tifkira tal-Assedju l-Kbir

  • Is-Sibt 5 ta’ Settembru 2015, l-Arcisqof Charles J. Scicluna wassal messaġġ waqt Lejla Kommemorattiva f’Misraħ l-Assedju l-Kbir, il-Belt Valletta, fl-okkazjoni tal-450 anniversarju tal-Assedju l-Kbir ta’ Malta.

    Il-Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Inġbarna quddiem il-monument inawgurat minn missirijietna fl-1927, opra tal-arti qawwija u stupenda tal-iskultur Malti Antonio Sciortino (1879 – 1947).

    Il-figura ċentrali tinkarna l-kuraġġ u d-determinazzjoni tal-abitanti ta’ din il-gżira li jiddefendu lilhom infushom kontra minn ħebb għalihom biex jagħmilhom ilsiera…

  • Kompli aqra »

Jibda l-proċess għall-Beatifikazzjoni u għall-Kanonizzazzjoni ta’ Henry u Inez Casolani

  • Nhar is-Sibt 29 ta’ Awwissu 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ San Duminku, ir-Rabat, fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-proċess djoċesan tal-kawża għall-beatifikazzjoni u għall-kanonizzazzjoni tal-Qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani. L-Omelija tal-Arċisqof
  • Knisja ta’ San Duminku, ir-Rabat

    29 ta’ Awwissu 2015

    Il-Vanġelu tal-lum mill-Kapitlu 7 tal-Vanġelu ta’ San Mark jgħallimna lezzjoni importanti u essenzjali…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof imexxi velja ta’ talb għal Mons. George Bugeja, Isqof-elett ta’ Tripli

  • Nhar il-Ħamis 27 t’Awwissu 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna għadda l-Omelija waqt Velja ta’ Talb għal Mons. George Bugeja, l-Isqof-Elett għall-Libja. Il-Velja ta’ Talb saret fil-Parroċċa ta’ Marija Bambina fix-Xagħra, Għawdex. L-Omelija tal-Arċisqof
  • Parroċċa tax-Xagħra, Għawdex 27 ta’ Awwissu 2015 Eċċellenza għażiż ħija Mario fl-Episkopat, għażiż Patri George,  Ejjew, kif inġbarna llum nitolbu għall-Isqof magħżul, l-għażiż Patri George, nirriflettu ftit fuq żewġ mumenti mill-kelma t’Alla li għadna kemm smajna…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra l-Festa tal-Assunta fil-Mosta u jinseġ il-paniġierku

  • Is-Sibt 15 ta’ Awwissu 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-knisja parrokkjali tal-Mosta, fl-okkażjoni tal-festa tat-tlugħ fis-Sema ta’ Sidtna Marija. Paniġierku tal-Arċisqof waqt il-Pontifikal ta’ Santa Marija
  • Knisja Parrokkjali, il-Mosta

    15 ta’ Awwissu 2015

    Nixtieq naqsam magħkom riflessjoni qasira minn dan il-vers mill-Ewwel Qari tal-quddiesa tal-lum: “Infetaħ it-tempju ta’ Alla li hemm fis-sema u dehret l-arka tal-Patt tiegħu fit-tempju tiegħu” (Apok 11,19)…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa maż-żgħażagħ li jattendu l-Youth Fellowship

  • Nhar is-Sibt 18 ta’ Lulju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa maż-żgħażagħ li jattendu l-Youth Fellowship, f’Gattard House, il-Blata l-Bajda. L-Omelija tal-Arċisqof
  • Gattard House, Blata l-Bajda

    18 ta’ Lulju 2015

    Nixtieq naqsam magħkom żewġ ħsibijiet ispirati mill-Vanġelu li għadna kemm smajna, il-Vanġelu skont San Mark, Kapitlu 6…

  • Kompli aqra »

“Itolbu għalija biex is-sinjifikat tal-pallium ma jkunx għalija kliem vojt imma jkun programm ta’ ħajja” – L-Arċisqof

  • Is-Sibt 11 ta’ Lulju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ġie mlibbes il-pallium min-Nunzju Appostoliku l-ġdid, l-E.T. Mons. Mario Roberto Cassari, waqt Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa li bdiet fl-10.00 a.m. attendew għaliha diversi mistiedna, fosthom l-ogħla awtoritajiet tal-Istat, membri tal-Korp Diplomatiku, il-Kleru Djoċesan u l-membri tal-Ordinijiet Reliġjużi, Kappillani u rappreżentanti tal-parroċċi.  Din hija l-ewwel darba li Arċisqof ġie mlibbes il-pallium waqt Quddiesa fl-Arċidjoċesi ta’ Malta stess…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija 2015

  • Il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija 2015 u l-201 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija. L-Omelija tal-Arċisqof 
  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    10 ta’ Lulju 2015

    Eċċellenza, Onorevoli Prim Ministru, Onorevoli Ministri, Onor. Speaker, għeżież membri tal-Korp u b’mod speċjali dawk li qed jippreparaw biex jidħlu fil-Korp, nixtieq noffri riflessjoni qasira fuq frażi mill-Vanġelu li għadna kemm smajna…

  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-funeral ta’ missieru

  • L-Erbgħa 8 ta’ Lulju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, mexxa l-Quddiesa tal-funeral ta’ missieru, is-Sur Emanuel Scicluna. Il-funeral sar fil-knisja parrokkjali ta’ San Bastjan, Ħal Qormi. L-Omelija tal-Arċisqof
  • Nemmen f’Ġesù, nagħraf lill-Missier, nitfarraġ fl-Ispirtu s-Santu

    Nemmen f’Ġesù

    « Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll » (Ġw: 14, 1). L-istedina ta’ Ġesù tinfed il-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna mnikktin kif aħna għat-telfa tal-għażiż papà Emanuel…

  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Arċisqof fl-okkażjoni tal-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista

  • Nhar il-Ħadd 21 ta’ Ġunju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

     

    L-Omelija tal-Arċisqof

  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    21 ta’ Ġunju 2015

    Greetings to our English speaking guests and also a special greeting to Your Excellency, thank you for your presence, and to those members of the Equestrian Orders of the Knights of Malta and the Knights of the Holy Sepulchre…

  • Kompli aqra »