Ilkoll ngħaddu mill-esperjenza tal-Mulej, li jmidd idu biex jaqbadna u jsalvana – L-Arċisqof fil-Pussess ta’ Dun David Borg
12/08/2023 Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Lourdes, Raħal ĠdidGħażiż Fr David, nawguralek li tkun tista’ timxi fuq il-baħar. Tgħidli, fis-sajf nipprova, u fix-xitwa naraw. Imma xi tfisser li timxi fuq il-baħar? Il-baħar, fl-Iskrittura, b’mod speċjali għan-nies ta’ żmien Ġesù, kien element ostili, ta’ biża’, ta’ periklu. Aħna l-Maltin ukoll, għandna dik l-espressjoni: ‘il-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa’. Xi idea tal-baħar kellhom ukoll missirijietna żgur. Nafu kemm iħajrek, imma mbagħad meta jsir qalil, xi grigalata qawwija, nafu wkoll xi jsarraf… Kompli aqra »