Il-Kelma tal-Arċisqof

Kif se nagħti valur lil ħajti? – L-Arċisqof

Quddiesa fil-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali ta' Dun Mosè Borg

  Il-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna mdorrijin inkejlu s-suċċess ta’ din id-dinja bil-ġid li dak li jkun ikollu mrekken u mfakkar. Anke l-ulied, kultant, iħarsu lejn il-ġenituri bħala investiment. X’se jħallulna? Ħafna drabi mal-wirt jiġi wkoll ħafna inkwiet.

Fil-fatt, l-Evanġelju tal-lum jibda proprju b’din is-sitwazzjoni, ta’ tilwim bejn l-aħwa dwar il-wirt. Ġesù jirrifjuta li jidħol f’din il-bixkla għax, kif nafu, ftit hemm soluzzjonijiet ġusti f’dawn l-affarijiet… Kompli aqra »

“Inħallu lill-Mulej jagħġinna” – L‑Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-parabbola meħuda minn kapitlu 13 ta’ San Mattew, Ġesù ma jaħbix it-tagħlim dwar il-ġudizzju finali. X’inhu dan? Huwa l-ġudizzju li jimmarka d-destin tagħna wara din il-ħajja. Dan huwa destin li aħna niddeċieduh minn issa. Il-mod kif nistgħu nevitaw il-ġudizzju tal-kundanna huwa li minn issa nitgħallmu nafdaw u nirrikorru lejn il-ħniena ta’ Alla.

Anke fil-mument tal-ġudizzju se jkun hemm ukoll il-ħniena ta’ Alla; l-offerta ta’ Alla li nilqgħu l-ħniena tiegħu… Kompli aqra »

L-għażla bejn li tisparpalja l-patrimonju jew tħaddmu biex jikber – L-Arċisqof

Quddiesa fil-25 anniversarju mit-twaqqif tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur (NAO)

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-istedina ta’ Ġesù tirrepeti ruħha diversi drabi fl-Evanġelju: “Min għandu widnejn ħa jisma’!” (Mt 13:43). Qed jgħid hekk għax il-kliem li għadna kemm smajna, li hu tifsira li jagħti ta’ waħda mill-parabboli – il-parabbola tas-sikrana fl-għalqa, propju huma kliem li jimpenjawna ħafna.

Jista’ jkun ukoll li wieħed jgħid kemm huma kliem qawwija dawn meta l-Mulej jitkellem dwar il-konsegwenzi tal-għażliet tagħna… Kompli aqra »

“Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok” – It-talba tagħna lill-Mulej f’għeluq is-60 sena mill-mewt ta’ San Ġorġ Preca

Quddiesa fis-60 sena mill-mewt ta' San Ġorġ Preca

  Il-Kappella ta' Fra Diegu, il-Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Emmint, u għalhekk tkellimt” (2 Kor 4:13). Kemm hu sabiħ dan il-kliem li l-Appostlu Missierna San Pawl jgħid lill-Korintin, in-nies tal-belt fil-Ġreċja li jisimha Korintu. Lin-nies tal-belt ta’ Korintu, San Pawl kitbilhom żewġ ittri u is-silta li smajna proprju llum hija mit-tieni ittra li kiteb lin-nies ta’ Korintu. “U b’hekk fina taħdem il-mewt, imma fikom taħdem il-ħajja. Imma billi aħna għandna l-istess spirtu ta’ fidi li fuqu hemm miktub, ‘Emmint, u għalhekk tkellimt,’ aħna wkoll emminna, u għalhekk tkellimna, għax nafu li dak li qajjem lill-Mulej Ġesù lilna wkoll għad iqajjimna flimkien ma’ Ġesù” (2 Kor 4:12-14)… Kompli aqra »

Ngħallmu lil uliedna l-alfabett tal-fidi tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Kalċidonju u s-Sbatax-il Ħadd tas-Sena

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ftit punti ħfief ispirati minn dan l-Evanġelju li hu profond ħafna, għandu ħafna tagħlim u naħseb importanti ħafna wkoll għalina u għall-ħajja tagħna spiritwali, il-ħajja Nisranija tagħna.

L-ewwel nett Ġesù jibda mill-eżempju. Se jgħallimna fuq it-talb imma l-Evanġelju ta’ San Luqa ħafna drabi u anke fil-bidu ta’ din is-silta jgħidilna li Ġesù kien isib il-ħin biex jitlob. “Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob”… Kompli aqra »

Il-Madonna tgħallimna nagħmlu r-rieda tal-Missier – L-Arċisqof

Quddiesa flimkien mal-pellegrinaġġi tal-UMTAL

  Il-Grotta ta' Lourdes, Franza

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù kien jaf sew min hi ommu u kien jaf sew ukoll kemm hi għamlet ir-rieda tal-Missier. Niftakru biss biss fil-kelma li qalet lill-anġlu Gabrijel: “Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej, ikun minni skont kelmltek” (Lq 1:37). U l-kelma wkoll li qalet lill-qaddejja fit-tieġ ta’ Kana: “Agħmlu dak li jgħidilkom hu” (Ġw 2:5).

Mela l-Madonna mhux biss għamlet ir-rieda tal-Missier imma wkoll tgħallimna biex aħna nagħmluha… Kompli aqra »

Nimxu fuq il-pass ta’ ommna Marija – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu

  Il-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Nimxu warajk kull fejn teħodna, Verġni Marija!” Kemm hu sabiħ dan ir-responsorju li għadna kemm tlabna, f’din il-quddiesa solenni fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Ta’ min naħsbu ftit fuq dan il-versett, li nirrepetuh ta’ kull sena f’din it-tifkira solenni tas-16 ta’ Lulju; proprju f’din is-sena li qed niċċelebraw l-400 anniversarju mill-ewwel purċissjoni fil-Belt Valletta, bi xbieha għażiża tal-Madonna tal-Karmnu. Il-mixja flimkien. Bil-Grieg, nimxu flimkien hi ‘syn hodos’ – sinodu… Kompli aqra »

Żjara ta’ korteżija mis-Segretarju Ġenerali ta’ Caritas Internationalis

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Arċisqof Charles Scicluna jiltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali ta’ Caritas Internationalis Dr Aloysius John waqt żjara ta’ korteżija, li saret il-Ħamis 14 ta’ Lulju 2022, fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. Għal din iż-żjara kienu preżenti wkoll il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija Mons. Charles Cordina u d-Direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt. Caritas Malta, li hi entità tal-Knisja f’Malta, tifforma parti minn Caritas Europa fejn hemm madwar 49 pajjiż membru waqt li f’Caritas Internationalis hemm 162 pajjiż membru minn madwar id-dinja… Kompli aqra »

Permezz ta’ Ġesù t-toqol isir ħelu u ħafif – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Ġesù ma jaħbix il-fatt li qed joffrilna madmad u qed joffrilna toqol; u jsejħilhom tiegħu. Misteru kbir dan, li mexxej li qed jipprova jattirak lejh, ma jaħbilekx l-isfidi tad-dixxipulat, tal-fatt li inti tkun miegħu. Jaf li aħna “mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom” (Mt 11:28), jgħid. Imma fl-istess ħin, waqt li se jserraħna mit-taħbit u t-toqol tagħna; u dan hu misteru kbir; qed jgħidilna: ‘isma’ jien se noffrilkom madmad u toqol’… Kompli aqra »

L-Arċisqof f’Jum il-Pulizija: Il-battalja biex l-umanità tgħix skont is-sewwa

Quddiesa f'Jum il-Pulizija

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-kliem ta’ Ġesù jistedinna għas-sens ta’ responsabbiltà. Aħna l-qassisin, ħafna drabi u nagħmlu sew, nipprietkaw kontinwament fuq il-ħniena ta’ Alla. Il-ħniena ta’ Alla hi wkoll mument ta’ umiltà, li fih nitolbu lil Alla jaħfrilna d-dnubiet li nagħrfu li għamilna għax quddiem ir-responsabbiltà tagħna nifhmu li mhux dejjem ngħixu skont l-ideali għolja li għalihom imsejħin.

Kull anniversarju jiġbor fih żewġ elementi, li l-qaddis Malti San Ġorġ Preca ġabar f’din il-frażi feliċi: ‘Grazzi Sinjur Alla, u aħfirli Sinjur Alla’… Kompli aqra »