Il-Kelma tal-Arċisqof

“M’hemmx agħar mill-kultura tal-iskart!” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-ħmistax-il Ħadd taż-żmien ta' matul is-sena

  Il-kappella tal-Monasteru ta’ Santa Skolastika, il-Birgu

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Almenu għal darba Ġesù jiltaqa’ ma’ avukat bravu imma li xorta kellu bżonn jitgħallem xi ħaġa mingħand Ġesù. Dan l-avukat, dan l-għaref tal-Liġi, kellu fih ix-xewqa li għandna lkoll kemm aħna: “Kif nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem” (Lq 10:25). Dan ir-raġel, dan l-avukat, mhux biss ried jgħix imma ried jgħix għal dejjem. Ġesù juża l-għerf tiegħu u jgħidlu: “Fil-Liġi x’hemm miktub? … Kompli aqra »

Il-festa tal-Imnarja tfakkarna li l-għeruq tagħna ma jistgħux jikbru fil-konkos u s-siment – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Pontifikal fis-solennità tal-martirju ta’ San Pietru u San Pawl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Il-Mulej waqaf miegħi u tani l-qawwa biex bis-saħħa tiegħi l-kelma tixxandar sal-aħħar u l-ġnus kollha jisimgħuha hekk jien sfajt meħlus minn ħalq l-iljun. Il-Mulej jeħlisni minn kull deni u jħarisni sa ma nasal fis-saltna tiegħu tas-sema” (2 Tim 4:17-18). Dan il-kliem tal-Appostlu Missierna San Pawl lid-dixxiplu żagħżugħ Timotju jagħtina tifsira profonda ta’ din il-festa li qed nagħmlu llum.

L-ewwel qari jagħtina esperjenza qawwija ta’ Pietru li jiġi arrestat minn Erodi u jinħeles minn ħabs aħrax u x’aktarx mill-kundanna tal-mewt… Kompli aqra »

“X’jitlob minna l-Mulej?” – Jistaqsi l-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Permezz tas-silta li qrajna llum mill-Evanġelju, inħoss li Ġesù jgħallimna lezzjoni għażiża. Ħafna drabi nkunu għaddejjin mill-maltemp, kemm bħala Knisja, kemm bħala soċjetà, u kemm bħala individwi. Maltemp li jħabbatna personalment u individwalment. Lill-Mulej ngħidulu: “Salvana! Se nintilfu!” (Mt 8:25). Inħossuh li hu rieqed, la jisma’, la jara. Il-Mulej illum jgħidilna din il-kelma li ta’ min ngħożżuha. “Dan il-biża’ kollu għalfejn, ja nies ta’ fidi ċkejkna?” (Mt 8:26)… Kompli aqra »

Il-liġi tal-paċenzja u tal-maħfra – L-Arċisqof fil-festa tar-Redentur

Quddiesa u purċissjoni fil-festa tar-Redentur

  Il-Bażilika ta’ Marija Bambina fl-Isla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Meta Ġesù qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja” (Lq 9:51). Hekk jibda l-Evanġelju tal-lum. Qegħdin fil-kapitlu 9 ta’ San Luqa. San Luqa diġà jibda jkellimna fuq il-mument meta Ġesù jittieħed mid-dinja bil-passjoni ħarxa tiegħu, bil-mewt tiegħu fuq is-salib. Hu l-mument li nfakkruh b’din l-istatwa għażiża tar-Redentur. Wasal iż-żmien li jitgħabba bil-mard tagħna, bid-dnubiet tagħna, litteralment iġorrhom fuq spallejh… Kompli aqra »

Il-Mulej jiġi bil-qawwa tal-ħniena tiegħu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huma diversi l-mumenti meta fit-talb tal-Knisja nsibu lil Ġwanni, it-tifel ta’ Żakkarija u ta’ Eliżabetta bħala l-protagonist jew wieħed mill-protagonisti. Illum qed niċċelebraw it-twelid tiegħu imma l-ewwel darba li niltaqgħu miegħu, għadu tarbija fil-ġuf, fil-festa tal-Viżitazzjoni, meta Marija maret iżżur il-qariba tagħha Eliżabetta. It-tarbija li kellha Eliżabetta fil-ġuf, li llum niċċelebraw it-twelid tagħha, qabżet bil-ferħ malli semgħet il-vuċi ta’ Marija ssellem lil Eliżabetta, xi ħaġa li Eliżabetta stess tgħid: “Malli smajt it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ” (Lq 1:44)… Kompli aqra »

Il-Knisja mhix tagħna imma ta’ Ġesù – L-Arċisqof

Traslazzjoni solenni bl-ewwel għasar u quddiesa lejlet il-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qabel il-miġja ta’ Ġesù, Ġwanni deher ixandar magħmudija ta’ ndiema lill-poplu kollu ta’ Iżrael. U meta kien wasal fi tmiem il-ħidma tiegħu, Ġwanni qal: “Jien m’iniex dak li intom taħsbu li jien. Imma, araw, warajja ġej wieħed li jien lanqas ma jistħoqqli nħoll il-qorq ta’ riġlejh” (Atti 13:25). Dan il-vers mill-ktieb tal-Atti tal-Appostli jiġbor l-ispirtwalità ta’ San Ġwann il-Battista li tiegħu qed niċċelebraw it-twelid… Kompli aqra »

Is-sagrament tal-qrar hu wkoll skola ta’ umiltà u ta’ mħabba – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Qalb ta’ Ġesù

  Il-Knisja Parrokjali tas-Salvatur, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-festa tal-Qalb ta’ Ġesù din is-sena, il-qari li għadna kemm smajna, jistedinna biex inħarsu lejn Ġesù mimli ħniena bħala r-Ragħaj it-tajjeb li jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu, li jmur ifittex lil kull wieħed u waħda minna fit-toroq tal-ħajja.

Kultant ngħidu: imma aħna mhux ilkoll għandna bżonn il-ħniena tiegħu? U hekk hu. U forsi diffiċli ngħoddu lilna nfusna ma’ dawk id-99 li m’għandhomx bżonn indiema… Kompli aqra »

“Għandu jkollna qalb ħelwa u umli” – L‑Arċisqof f’Jum il-Gradwazzjoni ta’ Caritas Malta

12-il persuna jiggradwaw mill-programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga

  Iċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas, Ħaż-Żebbuġ

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel nett nixtieq insellem lil kull wieħed u waħda minnkom b’mod speċjali lilek Eċċ. President tar-Repubblika, lill-Onorevoli Ministri, grazzi ħafna tal-preżenza ġentili tagħkom. Imma tislima kbira ħafna tmur lill-istaff kollu tal-Caritas. Grazzi ħafna lilek, Anthony, tal-kliem tiegħek ċar ħafna li hemm bżonn naħsbu ħafna fuqu. Imma grazzi anke lilek Dun Charles Cordina, li naf kemm hi għal qalbek il-missjoni li twassal il-qalb tal-Knisja f’tant ambjenti li aħna qaddejja tagħhom… Kompli aqra »

M’hemmx għalfejn nintroduċu l-abort biex insalvaw l-omm – L-Arċisqof

Quddiesa fis-solennità tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna nagħmlu tliet festi għat-twelid ta’ xi ħadd matul is-sena ta’ talb tal-Knisja fis-Sena Liturġika. Infakkru b’ferħ kbir it-twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu fil-25 ta’ Diċembru. Infakkru t-twelid ta’ Sidtna Marija fit-8 ta’ Settembru. Imma festa antika oħra hi t-twelid ta’ Ġwanni. Dawn huma t-tliet festi li fihom infakkru t-twelid ta’ personaġġ. Ġeneralment il-qaddisin infakkruhom fl-anniversarju tal-mewt tagħhom jew f’anniversarju importanti fil-ħajja tagħhom; imma qatt fl-anniversarju tat-twelid tagħhom… Kompli aqra »

Stedina biex nilqgħu lil xulxin – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tas-sejħa tal-Madonna ta’ Pinu lil Karmni Grima

  Is-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu, l-Għarb Għawdex

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Omm Ġesù hi mistiedna għal tieġ. It-tieġ isir mhux ’il bogħod minn Nazaret f’raħal ieħor tal-   Galilija jismu Kana. Anke Ġesù hu mistieden u nistgħu nimmaġinaw li allura hemm il-qraba tagħhom ukoll. Imma Ġesù jġib miegħu d-dixxipli tiegħu; ma kinux jiġu mill-għarajjes imma ġabhom miegħu.

Anke fit-tieni qari li smajna llum insibu li fil-kamra ta’ fuq tad-dar fejn kienu joqgħodu l-ewwel dixxipli – kien hemm il-11 għax Ġuda l-Iskarjota ma kienx għadu magħhom – imma flimkien mal-11 kien hemm ukoll xi nisa: Marija, omm Ġesù u qrabathom… Kompli aqra »