Umiltà, solidarjetà u ħarsien – L-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza
21/09/2022 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
F’Jum l‑Indipendenza 2022 ippermettuli naqsam magħkom tliet ħsibijiet ispirati mill‑Kelma ta’ Alla li qrajna llum (Lq 14:1,7‑14). Fl‑Evanġelju meħud minn San Luqa, Ġesù jirrakkomanda lill‑mistednin biex ma jfittxux l‑aħjar postijiet mal‑mejda, imma jfittxu l‑post umli; imbagħad min stedinhom, ikun hu li jieħu ħsieb ir‑rikonoxximent soċjali u l‑eżaltazzjoni tagħhom.
Nidħlu fil‑politika b’umiltà
Din l‑istedina mhijiex biss stedina għal etikett formali u essenzjali ta’ korrettezza u korteżija imma hija wkoll tagħlima biex f’kulma nagħmlu, b’mod speċjali dak li hu servizz pubbliku, nevitaw il‑marda u l‑kankru tal‑‘arriviżmu’, jiġifieri li ninqdew bil‑politika biex naslu l‑ewwel u jkollna rikonoxximent u nistagħnew… Kompli aqra »