“Għandu jkollna qalb ħelwa u umli” – L‑Arċisqof f’Jum il-Gradwazzjoni ta’ Caritas Malta
12-il persuna jiggradwaw mill-programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga
24/06/2022 Iċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas, Ħaż-ŻebbuġIl-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
L-ewwel nett nixtieq insellem lil kull wieħed u waħda minnkom b’mod speċjali lilek Eċċ. President tar-Repubblika, lill-Onorevoli Ministri, grazzi ħafna tal-preżenza ġentili tagħkom. Imma tislima kbira ħafna tmur lill-istaff kollu tal-Caritas. Grazzi ħafna lilek, Anthony, tal-kliem tiegħek ċar ħafna li hemm bżonn naħsbu ħafna fuqu. Imma grazzi anke lilek Dun Charles Cordina, li naf kemm hi għal qalbek il-missjoni li twassal il-qalb tal-Knisja f’tant ambjenti li aħna qaddejja tagħhom… Kompli aqra »