Alla permezz ta’ ħutna, imidd idu, jaqbadna u jsalvana – L-Arċisqof
02/08/2022 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Hemm diversi mumenti ta’ dan id-djalogu bejn Ġesù u Pietru li għadna kemm smajna, li jibqgħu mmarkati f’qalbna. Ġesù jgħid kliem li hu ta’ kuraġġ. Meta jibżgħu mid-dehra tiegħu miexi fuq il-baħar, jgħidilhom: “Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn!” (Mt 14:27). Min jaf kemm mumenti fil-ħajja tagħna, ngħaddu minn sitwazzjonijiet ta’ diffikultà kbira u jkollna bżonn nisimgħu din il-Kelma tal-Mulej… Kompli aqra »