Il-Kelma tal-Arċisqof

Marija Assunta tfakkarna fil-qawmien mill-imwiet – L-Arċisqof

Quddiesa fil-100 sena anniversarju mill-miġja tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija, l-Imġarr

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Marija ta’ Magdala tersaq lejn il-qabar ta’ Ġesù, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, il-Ħadd. Kienet qed tfittex il-katavru għażiż ta’ Ġesù. L-idea tagħha, bħal ta’ nisa devoti oħra, kienet li jidilku l-ġisem għażiż, imma mejjet ta’ Ġesù bil-fwejjaħ. Att ta’ qima u ta’ mħabba; imma li fl-istess ħin ma jsirx u lanqas ixejjen il-liġi tat-tħassir ta’ kull ġisem li jmut. Tmur ħdejn il-qabar u mhux biss issib il-ġebla mgerrba imma wkoll il-qabar vojt… Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: Kif inhu differenti Kristu Rxoxt?

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dawn il-ġranet u f’dawn il-ġimgħat se nisimgħu diversi rakkonti tal-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet. Waħda mill-affarijiet li toloqtna hija li d-dixxipli għexu miegħu għal minn tal-anqas tliet snin u kienu jafuh sew; bħalma kienet tafu sew Marija ta’ Magdala li kienet marret fil-jum tal-Ħadd ħdejn il-qabar tfittex katavru biex tkompli r-ritwal tad-dilka bil-fwejjaħ. Kienet taf lil Ġesù, kienet taf il-fatizzi tiegħu imma l-Evanġelju jinsisti li ħarset lejh u ma għarfitux… Kompli aqra »

Il-ferħ tal-Papa Franġisku – L-Arċisqof

Il-Papa jfakkarna li l-Għid hu d-dawl li jixgħel bil-mod fid-dlam

Article by Archbishop Charles Scicluna

As Pope Francis bade farewell to a relatively long queue of staffers and guests at the Apostolic Nunciature in Rabat towards the end of his two-day trip to Malta, he turned to me and said with a characteristic twinkle in his eye: “Questo congedo è stato più lungo di quello de La Traviata” (this farewell is longer than the one in La Traviata)… Kompli aqra »

L-Arċisqof fl-Għid il-Kbir: Inħallu lil Alla jkellem lil qalbna

Quddiesa Stazzjonali tal-Għid il-Kbir tal-Mulej

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Iż-żewġ xhieda tal-qabar vojt ma kinux xhieda kwalunkwe. Marija ta’ Magdala, wara li filgħodu kmieni, kif kien għadu d-dlam “ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù” (Ġw 20:1-2). Pietru u Ġwanni: dawn huma tnejn mit-tliet xhieda tal-glorja tal-Mulej fuq il-muntanja Tabor fit-Trasfigurazzjoni. Raw il-glorja tal-Mulej, semgħu lil Mosè u lil Elija jitkellmu ma’ Ġesù, fit-tluq tiegħu minn Ġerusalemm… Kompli aqra »

“Infittxu l-fwieħa tal-maħfra u l-paċi” – L‑Arċisqof

Il-Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

I would like to greet our catechumens who today will receive Baptism, Confirmation and partake, share in the Eucharist which we celebrate today. Welcome to this very important day in your life and in the life of the Church.

Waqt li nilqa’ lil ħutna l-katekumeni li llum se jirċievu l-Magħmudija, il-Griżma u jitqarbnu bil-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù, nilqa’ fostna wkoll il-komunitajiet tal-Mixja Neokatekumenali li llum ukoll b’mod solenni qegħdin iġeddu l-wegħdiet tal-Magħmudija ma’ kull kull wieħed u waħda minna li tgħammidna… Kompli aqra »

“Illum nitolbu maħfra għall-kompliċità tagħna mal-inġustizzji” – L‑Arċisqof

L-Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jekk jiena għedt xi ħaġa mhix sewwa, urini fejn; imma jekk għedt is-sewwa għaliex terfa’ idejk fuqi?” (Ġw 18:23). Din hija d-domanda li Ġesù jagħmel lill-qaddej tal-qassis il-kbir li jagħtih daqqa ta’ ħarta. Din hija l-mistoqsija li rridu nagħmlu lilna nfusna waqt li qed infakkru l-passjoni tal-Mulej Ġesù. Għaliex? Għaliex din kienet ir-risposta tagħna għall-Iben ta’ Alla magħmul bniedem li ta ħajtu għalina u li sar bniedem bħalna f’kollox minbarra fid-dnub u wriena t-triq tas-sewwa? … Kompli aqra »

“Ma niċħdux l-għatx li hemm fina għall-imħabba” – L‑Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka

Quddiesa fit-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Il-kalċi mbierek huwa xirka mad-demm ta’ Kristu” (Salm 115). Meta l-Appostlu Missierna San Pawl jikteb lill-Korintin jinsisti li t-tagħlim li aħna nemmnu fih u li qegħdin nikkomemoraw, inġeddu u nfakkru llum, irċevih mingħand il-Mulej. “Jiena rċevejt mingħand il-Mulej it-tagħlim li għaddejt lilkom, jiġifieri, li l-Mulej Ġesù fil-lejl li fih kien ittradut, ħa l-ħobż wara li radd il-ħajr qasmu u qal: ‘Dan hu ġismi li jingħata għalikom; agħmlu dan b’tifkira tiegħi’… Kompli aqra »

Li nkunu qrib Alla ġġagħlna nkunu viċin mal-poplu qaddis tagħna – L-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka

Quddiesa bit-tberik taż-żjut

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Sibt ’il David, qaddej tiegħi, biż-żejt imqaddes tiegħi dliktu” (Salm 88:21). Il-Knisja tagħżel Salm 88 biex tiċċelebra dak li qegħdin nagħmlu. Iż-żejt imqaddes li l-isqof ibierek, f’isem il-Knisja u f’isem Ġesù, hu żejt li noffru imma li jsir strument, aġent tal-grazzja. “Biż-żejt imqaddes tiegħi dliktu” (Salm 88:21) u l-Mulej, ma’ din id-dilka qaddisa, iwiegħed ukoll il-fedeltà, it-tjieba u l-qawwa. “Tkun idi dejjem miegħu, insaħħu wkoll bi driegħi” (Salm 88:22)… Kompli aqra »

Il-Mulej hu ħafna ikbar mit-tradimenti tagħna – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dawn il-jumejn hemm kelma li tasal mill-qalb ta’ Ġesù u tinfed il-qalb tagħna. Hi l-kelma ‘tradiment’. Huma l-jiem tal-imħabba u t-traġedja kbira ta’ dawn il-jiem hi li, bħala risposta għal tant imħabba, il-Mulej jirrealizza li hemm ukoll it-tradiment. Iċ-ċaħda ta’ Pietru, it-tradiment ta’ Ġuda, b’xi mod huma anke fil-qalb ta’ Ġesù imma ferita kbira fil-qalb ta’ Ġesù. U l-kuntest hu ta’ intimità kbira… Kompli aqra »

Nuru gratitudni u devozzjoni bħal ħut Lazzru – L‑Arċisqof

  Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan il-jum għażiż tal-Ġimgħa Mqaddsa, l-ewwel jum wara Ħadd il-Palm, naraw ix-xena tad-dilka ta’ Ġesù. Hu stess jgħid li din hija tħejjija għad-difna tiegħu. Il-fwieħa li tintuża hija prezzjuża ħafna; tliet mitt dinar kienet il-paga ta’ tliet mitt jum; għaxar xhur paga. Għalhekk, Ġuda kważi jiskandalizza ruħu bil-prezz għoli li tħallas għal din il-fwieħa, li waħda minn ħut Lazzru tuża’ biex tidlek lill-Mulej… Kompli aqra »