Il-Kelma tal-Arċisqof

Riflessjonijiet għar-Randan 2022 – It-Tieni Ħadd

Riflessjoni mill-Arċisqof Charles Scicluna għat-Tieni Ħadd tar-Randan 2022

Evanġelju: Lq 9:28b-36

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u lil Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob. U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex.

U kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu, Mosè u Elija, li dehru fil-glorja, jitħaddtu fuq it-tmiem ta’ ħajtu li kellu jseħħ f’Ġerusalemm… Kompli aqra »

Il-Mulej qed iqanqalna biex nagħmlu att ta’ fidi fih – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jkompli jgħallimna fuq it-talb; u jgħallimna l-fiduċja fuq it-talb. Ħafna drabi, meta jkollna sitwazzjoni diffiċli, bħalma hi din l-invażjoni terribbli u kiefra tal-Ukrajna; u aħna ngħidu ħa nitolbu. Dak li jkun jista’ jiddarras u jgħid: ‘issa x’se nagħmlu bit-talb, mela t-talb għandu xi saħħa kontra l-armamenti?’ Irridu nammettu li dawn iċ-ċirkostanzi jpoġġuni fi kriżi ta’ fidi. Iġagħluna nistaqsu: ‘Imma t-talb tagħna, għandu effett?’ Il-Mulej qed iqanqalna biex nagħmlu att ta’ fiduċja u ta’ fidi fih għax dak li m’aħniex kapaċi nagħmlu bir-rieda tajba tagħna u b’idejna; irid jieħu ħsiebu Hu… Kompli aqra »

Il-gradwazzjoni tagħkom trid tkun ukoll messaġġ ta’ tama – L-Arċisqof

Quddiesa għall-gradwati l-ġodda tal-Università ta' Malta

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Meta Ġesù jitkellem fuq Alla anke f’dan l-Evanġelju li għadna kemm smajna, jippreferi juża l-kelma ‘missier’: “Missierkom jaf x’teħtieġu” (Mt 6:8). “Jekk intom taħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, Missierkom li hu fis-smewwiet jaħfer lilkom ukoll” (Mt 6:14). Jalla lkoll kemm aħna għandna togħma tajba meta nisimgħu l-kelma ‘missier’. Forsi mhux dejjem hu l-każ imma nifhmu li l-paternità naturali u kull tip ta’ paternità oħra hi sejħa biex dak li jkun jieħu responsabbiltà imma fl-istess ħin jagħti libertà… Kompli aqra »

Talb li jdaħħalna f’relazzjoni intima mal-Mulej – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jagħtina tagħlim importanti għar-Randan, it-tagħlim fuq it-talb ujavżana li t-talb mhux kwistjoni ta’ tlablib, jew inkella repetizzjonijiet kontinwa ta’ formoli. Tgħiduli: ‘imma fit-talba tar-Rużarju, mhux hekk nagħmlu, għandna t-talba tas-Sliema u l-Qaddisa u ngħiduha għal 50 darba, pereżempju? Ir-Rużarju jekk issir xi ħaġa mekkanika m’għandux valur, imma r-Rużarju hu mezz kif jgħinna nimmeditaw u nitolbu fuq il-misteri tal-ħajja ta’ Ġesù u tal-Madonna… Kompli aqra »

Ħadd ma jirbaħ it-tentazzjoni jekk mhux għal xi mħabba ikbar – L-Arċisqof

Quddiesa f'Ħadd in-Nies

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fit-tentazzjonijiet ta’ Ġesù hemm it-tentażżjonijiet ta’ kull bniedem, ta’ kull wieħed u waħda minna. Għal 40 jum l-ispirtu jieħdu fid-deżert, f’ambjent ostili u l-Mulej jiġġarrab (Lq 4:2).

Tiftakru meta għallimna nitolbu u x’ngħidu fit-talba li għallimna Ġesù? “La ddaħħalniex fit-tiġrib” (Lq 11:4). Għaliex it-tiġrib, li hu parti mill-ħajja u li għadda minnu wkoll Ġesù, mhix xi ħaġa pjaċevoli… Kompli aqra »

Riflessjonijiet għar-Randan 2022 – L-Ewwel Ħadd

Riflessjoni mill-Arċisqof Charles Scicluna għall-Ewwel Ħadd tar-Randan 2022

Evanġelju: Lq 4:1-13

F’dak iż-żmien, Ġesù, mimli bl-Ispirtu s-Santu, raġa’ lura mill-Ġordan u l-Ispirtu ħadu fid-deżert. Hemm għal erbgħin jum Ġesù kien imġarrab mix-Xitan. Matul dawk il-jiem ma kiel xejn; u mbagħad, meta għaddew dawk il-jiem, ħadu l-ġuħ. U x-Xitan qallu: “Jekk inti Bin Alla, għid lil din il-ġebla ssir ħobż”. Wieġbu Ġesù: “Hemm miktub: Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix”… Kompli aqra »

Jekk tagħmel xi ħaġa bi mħabba, it-togħma tinbidel – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ħa nieqaf ftit fuq din it-talba li saċerdot jgħid wara li jkun qarha l-Evanġelju. Aħna s-saċerdoti ngħiduha minn taħt l-ilsien. Intom ħafna drabi tisimgħuni ngħid it-talb minn taħt l-ilsien, u jinstema’ ħafna, għax ma tantx ikun minn taħt l-ilsien. Waħda minn dawn it-talbiet sbieħ li s-saċerdot jgħid hi din li għadni kif għidt: ‘Bit-tagħlim tal-Evanġelju nitnaddfu minn ħtijietna’. Kemm hi talba sabiħa tal-Knisja… Kompli aqra »

F’Ras ir-Randan l-Arċisqof jistaqsi: il-qalb tiegħi hi kamp ta’ inġustizzja jew ta’ paċi?

Quddiesa fl‑Erbgħa tal‑Irmied u talb u sawm għall‑Ukrajna

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qed nibdew mixja speċjali ħafna: il-mixja tar-Randan li twassalna għall-Ġimgħa Mqaddsa li fiha nimmeditaw il-passjoni u l-mewt tal-Mulej Ġesù u l-qawmien tiegħu mill-imwiet.

Qegħdin ukoll nibdew l-aħħar xahar qabel iż-żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa fostna li jasal, jekk Alla jrid, fit-2 ta’ April, illum it-2 ta’ Marzu. Nitolbu ħafna għal min qed jieħu ħsieb l-organizzazzjoni f’dawn l-aħħar ġimgħat ta’ ħidma… Kompli aqra »

Il-Mulej ipattilna b’familja kbira ħafna – L-Arċisqof

Quddiesa b’suffraġju għal ruħ l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk” (Mk 10:28). Pietru jitkellem f’isem l-oħrajn kollha. U donnu qed jgħidlu: allura, Mulej, aħna, wara li għamilna d-deċiżjoni x’se nieħdu? B’xi mod Pietru qed jitkellem ukoll f’isimna. Għax aħna mingħajr ma rridu, in-natura tagħna l-bnedmin, hekk iġġagħalna naħsbu. X’hemm għalija fiha din? X’se jmissni? Ġesù ma jgħidlux, se tibqgħu bir-riħa. L-ewwel nett jirrikonoxxi li l-istedina tiegħu u l-esiġenza tal-Evanġelju titlob minna distakk u libertà; li jweġġgħu… Kompli aqra »

L-Arċisqof jitlob għall-paċi u għall-vittmi fuq iż-żewġ naħat

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ilbieraħ smajna d-djalogu bejn Ġesù u d-dixxipli tiegħu meta jurihom l-għana, li hi tajba fiha nnifisha, li jista’ jkollha l-periklu kbir li taqtgħek mill-proxxmu u minn Alla. Hu jispjegalhom ukoll li l-istedina tiegħu li jħallu kollox mhijiex stedina faċli.

Pietru jfakkru f’din il-ħaġa fuq ix-xatt tal-Baħar tal-Galilija. Pietru (li kien jismu Xmun is-sajjied) sema’ lil Ġesù jgħidlu: “Ejja warajja”… Kompli aqra »