50 sena Repubblika: Żmien ta’ gratitudni u tama
Omelija f'Jum ir-Repubblika 2024
13/12/2024 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Hekk kif qed niċċelebraw il‑50 anniversarju tar‑Repubblika, għandna nħarsu lura b’sens ta’ gratitudni għall‑progess li sar fi ħdan l‑istituzzjonijiet demokratiċi tal‑gżejjer tagħna.
Għandna niftakru fis‑servizz ta’ siwi kbir li tant politiċi taw lill‑pajjiż, nies li jaħdmu f’fergħat differenti tal‑gvern, il‑ġudikatura, is‑servizz ċivili, l‑armata, il‑pulizija u membri ta’ entitajiet oħra ta’ dixxiplina u infurzar.
Għandna nirrikonoxxu r‑rwol dejjem jikber tas‑soċjetà ċivili u l‑kontribut importanti ta’ għaqdiet mhux governattivi f’diversi oqsma li jvarjaw mis‑servizz soċjali, għad‑drittijiet tal‑bniedem, għall‑ambjent u għall‑ġustizzja… Kompli aqra »