Il-Kelma tal-Arċisqof

L-imħabba vera ma toħnoqx – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta' Santa Marija Goretti

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Is-silta mill-kapitlu 9 ta’ San Mattew hija maqsuma f’żewġ partijiet. L-ewwel waħda hija proprju dwar miraklu straordinarju meta Ġesù jiltaqa’ mar-raġel mbikkem li kien maħkum mix-xitan. “Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem” (Mt 9:33). Min jaf kemm-il darba aħna jkollna diffikultajiet ta’ komunikazzjoni bejnietna. Mhux għax inkunu imbikkmin fiżikament imma għaliex nirriffjutaw li niddjalogaw ma’ xulxin. Illum nitolbu lil Ġesù jeħlisna minn dawn il-ħitan li ntellgħu għal xulxin; hu li ħeles lill-imbikkem mill-ħakma tax-xitan u tah il-kelma mill-ġdid jagħmel ukoll hekk f’tant sitwazzjonijiet fil-familji, fis-soċjetà… Kompli aqra »

Nisimgħu lil min qed ikellimna f’isem il-Mulej – L-Arċisqof

  Il-kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jmur lura fejn trabba. Fil-fatt, għalkemm twieled f’Bethlehem, kien magħruf bħala Ġesù ta’ Nazaret. Dan l-isem jibqa’ miegħu sa fuq is-salib. Niftakru li meta Pilatu kiteb il-kitba tal-kundanna ta’ Ġesù, hekk isemmih: Ġesù ta’ Nazaret Sultan tal-Lhud.

Għal Ġesù, għalhekk, Nazaret kien il-villaġġ fejn qatta’ l-iżjed snin. It-tradizzjoni tgħidilna li x’aktarx wasal Nazaret wara li miet Erodi, ta’ xi 3 snin jew ftit iżjed, għaliex il-Familja Mqaddsa minn Bethlehem marret l-Eġittu, imma mill-Eġittu mbagħad marret il-Galilija ġo Nazaret u Ġesù baqa’ hemmhekk sa 30 sena… Kompli aqra »

Togħma tajba tal-ħajja – L-Arċisqof

Quddiesa f'għeluq l-450 sena mit-twaqqif tal-parroċċa ta' San Duminku

  Il-Bażilika MInuri tal-Madonna ta' Porto Salvo u ta' San Duminku

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Kbir hu f’nofsok il-qaddis ta’ Iżrael” (Iż 12:6). Fil-festa taż-żjara ta’ Sidtna Marija lil Eliżabetta, li hija wkoll it-titular ta’ din il-parroċċa tal-Porto Salvo, dan il-kliem tas-Salm joqgħod tassew mhux biss għal Marija għaliex hi li qed iġġorr lil Ġesù f’ġufha, imma dan il-kliem għandu jgħodd u jgħodd għal kull komunità Nisranija. Niftakru fil-kelma ta’ Ġesù stess: “Fejn tnejn jew tlieta jinġabru f’ismi, hemm jien inkun f’nofshom” (Mt 18:20)… Kompli aqra »

Il-Beatu Nazju Falzon: mudell ta’ kif ngħixu u nħobbu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Beatu Nazju Falzon

  Il-Knisja Ta' Ġieżu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’diversi paroċċi madwar il-gżejjer tagħna ssib kwadru ta’ Nazju Falzon. Dan għaliex il-kawża tiegħu, hi kawża antika biex isir beatu, u mbagħad qaddis. Wieħed mill-kwadri jinsab fil-knisja ta’ Ħal Lija u niftakar lill-anzjani jgħiduli li meta San Ġorġ Preca kien imur Ħal Lija kien dejjem jistaqsihom fejn qiegħed il-kwadru ta’ Nazju Falzon biex jinġabar quddiemu jitlob bl-interċessjoni ta’ Nazju. San Ġorġ Preca qatt ma ltaqa’ ma’ Nazju Falzon għax San Ġorġ Preca twieled fl-1880 u Nazju kien ilu mejjet mill-1865… Kompli aqra »

L-Arċisqof lill-vittmi tad-droga: M’intomx weħidkom!

Quddiesa f'Jum il-Gradwazzjoni tal-Caritas

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġiljan, San Ġiljan

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-ewwel qari li nqara minn wieħed minnkom insibu dawn iż-żewġ ulied: Iżakk u Ismagħel it-tifel ta’ Ħagar li kienet seftura ta’ Sara u li l-Mulej ippermetta li Abraham ikollu iben minnha. Meta twieled Iżakk, Sara bdiet tħares bl-ikrah lejn Ħagar u t-tifel tagħha, u Abraham kellu jtellaq lill-omm u lit-tifel. Il-qari li smajna jikkonkludi li Alla ma abbandunax lit-tifel ta’ Ħagar, anzi jgħidilha: “Qum… Kompli aqra »

It-tama ta’ Pietru u Pawlu fil-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Pietru u San Pawl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Issa naf tassew li l-Mulej bagħat l-anġlu tiegħu u ħelisni minn id Erodi u minn dak kollu li l-Lhud kienu qed jistennew li jsir” (Atti 12:11). Dan huwa kliem ta’ San Pietru meta jirrealizza li l-ħelsien tiegħu mill-ħabs ma kinitx ħolma imma realtà. “Issa naf tassew li l-Mulej bagħat l-anġlu tiegħu u ħelisni”. Fit-tieni qari smajna wkoll lill-Appostlu Missierna San Pawl jafda fil-qawwa tal-Mulej li jeħilsu: “Il-Mulej jeħlisni minn kull deni u jħarisni” (2 Tim 4:18)… Kompli aqra »

“Mulej, int taf kollox”

Quddiesa tal-Vġili tas-Solennità ta' San Pietru u San Pawl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jistaqsi lil Xmun Pietru: “‘Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?’ ‘Iva, Mulej’” (Ġw 21:15). L-insistenza ta’ Ġesù fuq l-imħabba ta’ Pietru, li jġiegħel lil Pietru jindem u jirrealizza li l-imħabba tiegħu tistrieħ fuq il-ħarsa ta’ Ġesù. “Pietru ħass għafsa ta’ qalb għax staqsieh għat-tielet darba ‘Tħobbni?’ u qallu: ‘Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok’” (Ġw 21:17)… Kompli aqra »

Bis-setgħa tal-qawmien tiegħu mill-imwiet jiżra’ fina ż-żerriegħa tal-ħajja ta’ dejjem – L-Arċisqof

Quddiesa fit-13-il Ħadd matul is-Sena

  Il-Knisja ta' Santa Ubaldeska, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju ta’ San Mark hu l-iqsar Evanġelju. Fil-fatt għandu biss 16-il kapitlu imma fl-istess ħin dan ir-rakkont hu wieħed mill-itwal rakkonti.

Dan il-vjaġġ ta’ Ġesù li jisma’ l-karba ta’ missier li kien jismu Ġajru, kien wieħed mill-kapijiet tas-Sinagoga, bniedem ta’ prestiġju, bniedem influwenti, imma quddiem il-mard tat-tifla tiegħu ta’ 12-il sena, Ġajru jħoss li m’għandux poter, li dak kollu li setgħet tagħtih is-soċjetà ma kien jiswa xejn… Kompli aqra »

It-twelid ta’ Ġwanni l-Battista: il-mument fejn iseħħu l-wegħdiet ta’ Alla – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Solennita tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li ntagħżel għas-solennità tat-twelid ta’ Ġwanni, jinsisti ħafna dwar ismu. Kif għedna fil-bidu, Ġwanni jfisser ‘Alla jħenn, Alla ħanin, Joħanan’. Hu l-mument fejn iseħħu l-wegħdiet ta’ Alla. Missieru, li quddiem id-dubju għal dak li kien qed iwiegħdu l-anġlu, tbikkem u tilef il-vuċi, ikollu din l-esperjenza straordinarja li lsienu jinħall u jibda jitkellem u jfaħħar lil Alla (1 Lq:64).

In-nies li jaraw dan kollu, jifirħu ma’ Eliżabetta li saret omm (Lq 1:58)… Kompli aqra »

Il-missjoni ta’ Ġwanni l-Battista: jgħin il-missirijiet jiskopru mill-ġdid il-paternità tagħhom – L-Arċisqof

Quddiesa tal-vġili fis-solennità tat-Twelid ta' San Ġwann Battista

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Tibżax, Żakkarija, għax it-talba tiegħek instemgħet: martek Eliżabetta se tagħtik iben, u inti ssemmih Ġwanni” (Lq 1:13). F’dan il-vers tal-Evanġelju ta’ San Luqa nsibu tliet protagonisti, li huma l-qofol ta’ din is-solennità li bdejna niċċelebraw illejla, u li nkomplu niċċelebrawha għada l-24 ta’ Ġunju. Huma tliet protagonisti bi tliet ismijiet b’sinjifikant profond: Zakkarija, Eliżabetta u Ġwanni.

Isem Żakkarija jfisser ‘Alla jiftakar’… Kompli aqra »