L-imħabba vera ma toħnoqx – L-Arċisqof
Quddiesa fit-tifkira ta' Santa Marija Goretti
06/07/2021 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Is-silta mill-kapitlu 9 ta’ San Mattew hija maqsuma f’żewġ partijiet. L-ewwel waħda hija proprju dwar miraklu straordinarju meta Ġesù jiltaqa’ mar-raġel mbikkem li kien maħkum mix-xitan. “Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem” (Mt 9:33). Min jaf kemm-il darba aħna jkollna diffikultajiet ta’ komunikazzjoni bejnietna. Mhux għax inkunu imbikkmin fiżikament imma għaliex nirriffjutaw li niddjalogaw ma’ xulxin. Illum nitolbu lil Ġesù jeħlisna minn dawn il-ħitan li ntellgħu għal xulxin; hu li ħeles lill-imbikkem mill-ħakma tax-xitan u tah il-kelma mill-ġdid jagħmel ukoll hekk f’tant sitwazzjonijiet fil-familji, fis-soċjetà… Kompli aqra »