Il-Kelma tal-Arċisqof

Identità li tinsab bejn art u baħar: il-periklu li ningħalqu fina nfusna – L-Arċisqof

Diskors waqt il-laqgħa fuq livell nazzjonali "L-istat tan-nazzjon"

  Il-Palazz Verdala, il-Buskett

Id-diskors tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Eċċellenza President ta’ Malta, Sinjuri,

Xtaqt nibda b’silta mill‑poeżija Lil Malta ta’ Dun Karm li nkitbet 100 sena ilu. F’dan is‑sunett Petrarkjan, Dun Karm jibda billi japprezza l‑Italja, u jgħid: “Inħobb fis‑sewwa lil ġara tagħna”. Japprezza lill‑Ingilterra “li għandha fehma tal‑azzar daqs il‑qawwija”, imbagħad idur lejn Malta:

“Iżda daqsek lil ħadd, o Malta tiegħi,
għax int biss ommi, int tajtni l-isem,
u għadmek għadmi u demmek jiġri miegħi… Kompli aqra »

“Ma nistgħu nieklu xejn misruq”

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jfittex ix-xbieha tal-imperatur Ċesari. Isibha fuq dinar; dinar kienet il-munita li biha jitħallas ħaddiem għal ġurnata xogħol. Hu jsib li fuq din il-munita hemm wiċċ Ċesari. Mela la l-munita għandha x-xbieha ta’ Ċesari, “Agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari” (Mk 12:17). Imma jekk jiena nfittex ix-xbieha ta’ Alla fejn insibha? Insibha fil-bniedem maħluq fuq ix-xbieha ta’ Alla… Kompli aqra »

Għotja ta’ ispirazzjoni – L-Arċisqof

Quddiesa li matulha Sr Lorna Cassar għamlet il-professjoni temporanja mal-Qaddejja taċ-Ċenaklu

  Il-Kappella tad-Dar tal-Kleru, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Imqanqla mill-Ispirtu s-Santu, Sidtna Marija, malli tisma’ li l-qariba tagħha Santa Eliżabetta tinsab fis-sitt xahar tat-tqala tagħha, għax hekk qalilha l-Anġlu Gabrijel, “qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet” (Lq 1:39). Il-Knisja llum titlob għall-Poplu ta’ Alla d-don tad-doċilità, lejn l-ispirazzjonijiet tal-Mulej, lejn il-vuċi tal-Ispirtu s-Santu. F’dan ir-rakkont minn San Luqa, l-Ispirtu s-Santu huwa protogonista. “Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu” (Lq 1:41)… Kompli aqra »

Irridu nagħtu l-għajnuna kollha lin-nisa li jinsabu f’diffikultà waqt it-tqala – L-Arċisqof

Quddiesa fis-solennità tat-Trinità Qaddisa

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Mirakli, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-isem huwa xi ħaġa tassew għażiża. Il-ġenituri, huma u jippreparaw biex ikolhom tarbija, jagħtu ftit ħsieb ukoll dwar x’se jsemmu lit-tarbija. Illum Ġesù jgħidilna x’jismu Alla. Meta lid-dixxipli jibgħathom jagħmlu dixxipli oħra u jgħammduhom, jgħidilhom: “Għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu” (Mt 28:19). F’isem Alla! L-isem li jagħtina ta’ Alla huwa l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Fil-fatt aħna nitgħallmu miċ-ċokon nagħmlu kollox fl-isem ta’ Alla: fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

Inħarsu mill-qalb – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kemm hi għajta sabiħa din ta’ bin Timew, Bartimew tfisser l-istess ħaġa: iben Timew. “Ġesù Bin David, ikollok ħniena minni” (Mk10:47).

Ta’ min nirrepetuha ħafna drabi din it-talba li ħierġa mill-qalb ta’ dan l-għama biex il-Mulej jagħtina s-sens li naraw d-dinja, ’il ħutna, ’il persuni u s-sitwazzjonjiet kif jarahom hu. Aħna ħafna drabi għamjin jew b’xi preġudizzju jew minħabba r-rabja jew l-għira, ma narawx kif jara Ġesù… Kompli aqra »

“Għandna għatx kbir għall-hena u l-ferħ” – L-Arċisqof

Quddiesa għall-edukaturi u l-għalliema

  Is-Santwarju tal-Madonna Ta' Pinu, l-Għarb, Għawdex

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“M’għandhomx inbid” (Ġw 2:3). Din il-kelma ta’ Marija lil Ġesù tirreferi għal sitwazzjoni konkreta, waqt tieġ, waqt festa ta’ mħabba u ferħ. L-inbid, skont is-Salm 103, huwa dak li jferraħ qalb il-bniedem” (103:15). Il-ħsieb tagħna malajr imur lejn l-inbid bħala l-element li fil-ħajja tagħna jġib il-ferħ. Naqashom il-ferħ mhux biss għax l-għarus u l-għarusa kienu inkwetati li ma jistgħux jitrattaw il-mistednin bir-rispett li jistħoqqilhom — fosthom kien hemm Marija u Ġesù li stieden miegħu d-dixxipli wkoll — imma għaliex din li tgħid il-Madonna tista’ wkoll tirreferi għal tant sitwazzjonijiet fil-ħajja tagħna li donnhom ma baqgħalhomx sens jew huma kawża ta’ pietà… Kompli aqra »

Ir-relevanza ta’ San Duminku fis-soċjetà tal-lum – L-Arċisqof

Quddiesa bħala parti miċ-ċelebrazzjoni f'għeluq it-800 sena mill-mewt ta' San Duminku

  Il-Knisja ta' San Duminku u l-Verġni Mbierka, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jien kont magħmul xandar u appostlu biex ngħallem lill-ġnus il-fidi u l-verità”. Dan il-kliem tal-Appostlu Missierna fl-ewwel ittra tiegħu lil Timotju, ifisser il-kariżma u l-vokazzjoni ta’ San Duminku. Kien magħmul xandar u appostlu. Il-merti u l-prestiġji tiegħu fis-saltna ta’ Alla ixebbhu ħafna mal-appostli. Wara kollox, il-kariżma tiegħu nibtet fix-xewqa tiegħu li jkun dixxiplu missjunarju, xi ħaġa li l-Papa Franġisku jirrepeti diversi drabi fl-Ittra li bagħat lill-Ordni Dumnikan illum bit-titlu sabiħ Praedicator Gratiae (Predikatur tal-Grazzja)… Kompli aqra »

L-Ispirtu s-Santu jfakkrek fil-verità li hi ħniena t’Alla – L-Arċisqof f’Pentekoste

Quddiesa f'Għid il-Ħamsin

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù meta jitkellem dwar l-Ispirtu s-Santu, juża kelma għażiża. Nixtieq li niftakruha tajjeb. Illum il-Mulej, se jagħtikom dan ir-rigal kbir, l-Ispirtu Qaddis tiegħu. Hu jgħid, l-“Ispirtu hu d-difensur” (ara Ġw 14:15). Xi tfisser din il-ħaġa?

Il-kelma bil-Grieg hi ‘parakletos’, bil-Latin ‘advocatus’. Mill-kelma Latina ‘advocatus’, għandna l-kelma ‘avukat’… Kompli aqra »

San Bernardinu: il-predikatur li għallem lin-nies iħobbu lil Ġesù

Quddiesa b'tifkira ta' San Bernardinu ta' Siena

  Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-Evanġelju hi meħuda minn Ħamis partikolari fil-ħajja ta’ Ġesù, l-aħħar wieħed li għex fostna jiekol u jixrob magħna qabel il-qawmien tiegħu mill-imwiet, il-jum għażiż li aħna nsejħulu Ħamis ix-Xirka, lejlet il-Ġimgħa l-Kbira. Dakinhar Ġesù għamel l-aħħar ikla tiegħu mad-dixxipli mbagħad fetaħ qalbu magħhom, beda jitkellem. L-Evanġelju ta’ San Ġwann jagħtina diskors pjuttost twil li jgħid Ġesù f’dan il-mument tassew għażiż għalih… Kompli aqra »

San Duminku: promotur tat-tagħlim vera tad-dinjità tal-persuna umana – L-Arċisqof

Quddiesa fl-ewwel Tlieta ta’ San Duminku, parti miċ-ċelebrazzjoniijiet f’għeluq it-800 sena mill-mewt ta’ San Duminku

  Il-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata, il-Birgu

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm smajna jagħtina r-rakkont tal-aħħar tislima ta’ Ġesù lid-dixxipli tiegħu. Il-laqgħa ta’ dawn id-dixxipli kienet laqgħa ftit imħallta. Kif rawh, jgħidilna l-kapitlu 28 ta’ San Mattew, “inxteħtu quddiemu” (Mt 28:9) għalkemm xi wħud iddubitaw. Hi sitwazzjoni attwali ħafna.

Fil-laqgħa tagħna ma’ Ġesù fiċ-ċirkustanzi tal-ħajja mhux bilfors nagħrfuh mill-ewwel għaliex l-Irxoxt jiltaqa’ magħna fil-proxxmu tagħna. Ħafna drabi jkun mgħotti bi star, mgħotti b’ċirkustanzi li jġagħluna niddubutaw… Kompli aqra »