Identità li tinsab bejn art u baħar: il-periklu li ningħalqu fina nfusna – L-Arċisqof
Diskors waqt il-laqgħa fuq livell nazzjonali "L-istat tan-nazzjon"
04/06/2021 Il-Palazz Verdala, il-BuskettId-diskors tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Eċċellenza President ta’ Malta, Sinjuri,
Xtaqt nibda b’silta mill‑poeżija Lil Malta ta’ Dun Karm li nkitbet 100 sena ilu. F’dan is‑sunett Petrarkjan, Dun Karm jibda billi japprezza l‑Italja, u jgħid: “Inħobb fis‑sewwa lil ġara tagħna”. Japprezza lill‑Ingilterra “li għandha fehma tal‑azzar daqs il‑qawwija”, imbagħad idur lejn Malta:
“Iżda daqsek lil ħadd, o Malta tiegħi,
għax int biss ommi, int tajtni l-isem,
u għadmek għadmi u demmek jiġri miegħi… Kompli aqra »