Il-Kelma tal-Arċisqof

Ibqgħu kunu kuruna ta’ ġieħ madwar il-Kunċizzjoni billi t-tempju tagħha jibqa’ kuruna ta’ ġieħ bil-preżenza tagħkom – L-Arċisqof

Quddiesa fil-115-il Anniversarju tal-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Kunċizzjoni

  Il-Knisja Kolleġġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni, Bormla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa ta’ ferħ kbir għalija li ningħaqad man-nies ta’ din il-belt Cospicua, in-nies ta’ Bormla llum huma u jifirħu b’dan l-anniversarju għażiż: il-115-il sena minn meta l-Kardinal Domenico Ferrata, Legat tal-Papa, Inkuruna l-kwadru titulari. Nistgħu nsejħulu kapulavur tal-artist Malti Caruana.

Xi jfisser dan il-ġest tan-nies ta’ Bormla 115-il sena ilu, li l-kwadru tal-Immakulata Kunċizzjoni jiżżejjen b’kuruna ta’ ġieħ? … Kompli aqra »

Il-kelma ta’ Ġesù kienet tirrifletti lil qalbu, allura kellha s-setgħa vera li tkellem il-qalb – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għalina lkoll biex niskopru dejjem aktar it-tagħlim ta’ Ġesù, u nħallu l-kelma tiegħu tkun id-dawl ta’ ħajjitna

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

B’din is-silta mill-Evanġelju ta’ San Mattew jiġi konkluż id-diskors imsejjaħ tal-muntanja. Fil-kapitlu 5 ta’ San Mattew il-Mulej jitla’ fuq għolja, iħares lejn il-folla, joqgħod bilqiegħda u jibda jgħallimhom. L-idea tal-Evanġelju ta’ San Mattew huwa li jippreżenta lil Ġesù f’dawn iż-żewġ kapitli: il-kapitlu 5, 6 u anke 7, dawn it-tliet kapitli bħala l-Mosè l-ġdid, jagħti l-liġi l-ġdida lill-poplu tiegħu.

Jiena nista’ jkun li jkolli l-ġelu kollu tajjeb u mmur pelleggrinaġġi, u l-Madonna tkellimni, u l-Qalb ta’ Ġesù wkoll, imma ma jkollix imħabba, ma jkollix ħniena… Kompli aqra »

Ġesù jgħid taħrabx, tibżax mill-bieb id-dejjaq – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għal dawk li qed jitħabtu biex jagħmlu l-għażliet it-tajba

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-kapitlu 7 ta’ San Mattew insibu diversi kliem ta’ Ġesù li mhux bilfors jingħaqdu ma’ xulxin immedjatament jew b’mod naturali. Hawnhekk illum għandna tliet kelmiet ta’ Ġesù li għandhom is-sinifikat partikolari tagħhom.

L-ewwel waħda hija tixbiha ħafna qawwija u Ġesù qed jgħallem lill-komunità tad-dixxipli li se jkollhom jaffaċċjaw sitwazzjonijiet fejn dak li għalihom huwa għażiż, għal ħaddieħor huwa irrilevanti jew mhux prezzjuż… Kompli aqra »

‘Ejja’: Il-kelma li trid tidwi fil-qalb tagħna għal xulxin – L-Arċisqof

Pontifikal Solenni fil-Festa tas-Sejħa tal-Madonna Ta’ Pinu

  Is-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu, Għawdex

Pontifikal ta’ Filgħaxija tal-Festa tas-Sejħa tal-Madonna Ta’ Pinu mmexxi mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

Posted by Diocese of Gozo on Monday, June 22, 2020 L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm smajna, illum nafuh ukoll bħala t-tieni misteru tal-Glorja – tad-Dawl, u f’dan is-santwarju għażiż għandna din il-grazzja kbira li aħna mdawrin, milqugħin mill-ikoni sbieħ tal-20 misteru tar-Rużarju Mqaddes… Kompli aqra »

Il-martri huma dawk li ma stħawx jistqarru lil Mulej quddiem il-bnedmin – L-Arċisqof

Quddiesa fit-12-il Ħadd matul is-Sena

  Il-Knisja Arċipretali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“La tibżgħux mill-bnedmin” (Mt 10:26). Ġesù jirrepeti dawn il-kliem tliet darbiet fl-Evanġelju li għadna kemm smajna: “Tibżgħux”.  

Hu qed jaffaċċja r-realtà li ngħaddu minnha lkoll kemm aħna. Quddiem it-theddida tal-mard, tal-ħsara li xi ħadd jista’ jagħmlilna, anke t-theddida ta’ ħajjitna stess, ir-reazzjoni tagħna hija l-biża’. U l-kuraġġ jiġi meta jiena nikkumbatti dak li qed inħoss u minkejja l-biża’ li nkun għaddej minnu, nagħżel li nagħmel it-tajjeb… Kompli aqra »

Kif jista’ jkun Alla ma jaċċettakx kif inti, kif ħalqek? – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Solennità tal-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù

  Il-Bażilika ta' Marija Bambina, l-Isla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan iż-żmien nużaw kliem bħal: il-karattru ta’ dak li jkun jew il-personalità tiegħu, imma fl-Iskrittura, fit-tradizzjoni minn fejn nibtet u xxandret il-Kelma ta’ Alla, anke l-Evanġelju li għadna kemm smajna minn San Mattew, minflok dawn il-kelmiet karattru, personalità, isemmi u juża l-kelma ‘qalb’, xi ħaġa li anke aħna l-Maltin ngħidu: ‘kemm hu qalbu tajba, qalbu tad-deheb’. Il-qalb tfisser il-personalità ta’ dak li jkun… Kompli aqra »

Kemm hi sabiħa li meta ngħidu l-Missierna ma nitolbux biss għalina imma wkoll għal ħutna – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għall-Isqfijiet tagħna, b'mod speċjali għall-Isqof-elett ta' Għawdex Mons. Anton Teuma

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hu u jintroduċi t-talba li aħna nafuha bħala t-talba tal-Mulej, it-talba li għallimna hu, il-Mulej jinsisti li Alla huwa Missierna.

Fil-fatt it-talba stess tibda bil-kelma Missierna imma hija introdotta minn din l-espressjoni ta’ Ġesù: “Missierkom jaf x’teħtieġu qabel ma titolbuh intom” (Mt 6:8). U bħala konklużjoni immedjatament wara li jagħtina t-talba tal-Missierna, jerġa’ jinsisti li hemm bżonn naħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom biex Missierna, li hu fis-smewwiet, jaħfer lilna wkoll (Mt 6:14)… Kompli aqra »

L-imħabba hi dik li fil-prova tgħinek tagħżel tajjeb, ma tpattix id-deni bid-deni imma bil-ġid – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għall-maħfra

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Jekk xi ħadd jgħidlek li din hija kelma tqila ħafna, inti tifhem li għandu raġun għaliex dak li qed jitlob minna Ġesù fl-Evanġelju tal-lum minn kapitlu 5 skont San Mattew, hija forsi waħda mill-iżjed affarijiet diffiċli li jitlob minna: l-imħabba tal-għedewwa tagħna.

“Itolbu għal dawk li jippersegwitawkom” (Mt 5:44), għal dawk li jagħmlulkom il-ħsara. Hu juża kelma li forsi fiha ċ-ċavetta biex nifhmu x’qiegħed jitlobna: “Tkunu wlied Missierkom” (Mt 5:45)… Kompli aqra »

Nitolbu li jkollna familji Nsara mimlija għożża, li għalihom id-don tal-ulied hu veru barka – L-Arċisqof

Quddiesa fil-200 anniversarju mit-twaqqif tal-Knisja ta' San Lawrenz

  Il-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz, il-Birgu

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-istorja li smajna fl-Ewwel Qari llum tagħtina spunt ta’ riflessjoni profond fil-kuntest ta’ din iċ-  ċelebrazzjoni kbira li qegħdin nagħmlu fil-200 sena, jew it-tieni ċentinarju, mit-twaqqif ta’ dan il-Kapitlu.

Ippermettuli l-ewwel nett insellem lill-mistednin distinti, Eċċellenzi, nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom hawnhekk illum. U għalkemm qegħdin ngħixu żminijiet partikolari ħafna, il-Mulej tana l-grazzja li llum nkunu nistgħu niltaqgħu bħala komunità, veru ristretta minħabba ċ-ċirkustanzi, imma għandna l-possibbiltà niċċelebraw l-Ewkaristija mill-ġdid f’din il-knisja kolleġġjata tant antika u tant għażiża… Kompli aqra »

It-talba tagħna hi li xufftejna jkunu strument ta’ mħabba u qatt ta’ tradiment u li nirċievu b’qalb safja l-Ġisem u d-Demm għeżież tal-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta' Kristu (Corpus Christi)

  Il-Knisja Arċipretali Kolleġġjata ta' San Pawl, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għamilna sawma ta’ tliet xhur u llum fil-parroċċi u l-knejjes tagħna l-komunità tista’ tibda terġa’ tiltaqa’ biex tisma’ l-Kelma ta’ Alla u tirċievi l-Ewkaristija.

Irridu nagħmlu dan f’kuntest partikolari li jeħtieġ ħafna restrizzjonijiet biex din il-laqgħa ta’ mħabba ma twassalniex għall-mard li jġib il-mewt imma tibqa’ tieħu ħsiebna; din il-laqgħa ma’ Ġesù tibqa’ tkun espressjoni ta’ mħabba u ta’ karità… Kompli aqra »