Ibqgħu kunu kuruna ta’ ġieħ madwar il-Kunċizzjoni billi t-tempju tagħha jibqa’ kuruna ta’ ġieħ bil-preżenza tagħkom – L-Arċisqof
Quddiesa fil-115-il Anniversarju tal-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Kunċizzjoni
25/06/2020 Il-Knisja Kolleġġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni, BormlaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Huwa ta’ ferħ kbir għalija li ningħaqad man-nies ta’ din il-belt Cospicua, in-nies ta’ Bormla llum huma u jifirħu b’dan l-anniversarju għażiż: il-115-il sena minn meta l-Kardinal Domenico Ferrata, Legat tal-Papa, Inkuruna l-kwadru titulari. Nistgħu nsejħulu kapulavur tal-artist Malti Caruana.
Xi jfisser dan il-ġest tan-nies ta’ Bormla 115-il sena ilu, li l-kwadru tal-Immakulata Kunċizzjoni jiżżejjen b’kuruna ta’ ġieħ? … Kompli aqra »