Il-Kelma tal-Arċisqof

L-hena tagħna tkun li nifhmu li rridu nimxu fuq il-passi tal-Imgħallem – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għal min qed joffri servizz b’mod volontarju biex jgħin lil min hu marid u lil min jinsab waħdu

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif innutajtu l-Evanġelji li l-Knisja tagħżel fir-Raba’ Ġimgħa tal-Għid jagħtuna dejjem ħjiel ta’ riflessjoni fuq ir-ragħaj fil-Knisja ta’ Ġesù, il-leadership.

Illum il-Knisja tagħtina diversi elementi wħud ta’ dawl, oħrajn ta’ inqas dawl jew ta’ dlam. U ta’ min wieħed joffri riflessjoni qasira fuq dawn l-elementi. L-għażla tal-Evanġelju tal-lum torbot fuq l-aħħar kelmiet ta’ Ġesù anke għaliex hu jinsisti fuq dak li qed jgħid billi jintroduċi l-kliem tiegħu bil-frażi: “Tassew, tassew ngħidilkom” (Ġw 13:16)… Kompli aqra »

Il-Mulej ma jitlaqniex anki meta nidinbu – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għall-ġenituri kollha biex fil-familji tagħhom ikunu ragħajja skont il-qalb ta’ Ġesù u għal dawk li qed jitolbu li jsiru ġenituri

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-festa tal-konsagrazzjoni tat-tempju kienet festa għażiża ħafna minn dejjem għall-poplu Lhudi. Kienet festa li tfakkar ukoll ir-rebħa tal-poplu Lhudi fuq tentattiv li tnessihom il-fidi ta’ missirijiethom. Kienet it-tifkira ta’ meta l-Makkabej reġgħu ħadu t-tempju f’idejhom u kkonsagrawh lill-Mulej.

F’dan il-kuntest il-Lhud jistaqsu lil Ġesù dwar l-identità tiegħu: “Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond” (Ġw 10:24). Il-Mulej fir-risposta tiegħu ma jiċħadx imma jikkonferma l-identità tiegħu… Kompli aqra »

Ġesù ta ħajtu biex insalvaw, biex jiddefendina kontra n-nasba tax-xitan – L-Arċisqof

Quddiesa fir-Raba' Ħadd tal-Għid u Jum il-Vokazzjonijiet, b'suffraġju ta' Mons. Arthur Said Pullicino

  Il‑Kappella taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas‑Seminarju, Tal‑Virtù, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-kapitlu 10 tal-Evanġelju ta’ San Ġwann li bdejna l-qari tiegħu llum fl-ewwel 10 versi, Ġesù jippreżenta lilu nnifsu bħala l-bieb. Diversi drabi f’dawn l-ewwel 10 versi tal-kapitlu 10, il-Mulej jinsisti li huwa l-bieb ta’ dan l-ispazju, ta’ dan il-maqjel fejn hu jindokra n-nagħaġ tal-merħla tiegħu.

Meta wieħed jifhem x’qed jipprova jispjega Ġesù, fil-fatt fl-ewwwl parti ta’ din is-silta jagħtina tixbihat qawwija ħafna, u min semgħu jgħidilna l-Evanġelju ta’ San Ġwann, ma fehmux – ma fehmux x’ried jgħidilhom… Kompli aqra »

It-tagħlim ta’ Ġesù hu rilevanti biex narawh fil-proxxmu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Papa San Piju V

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’din is-silta mill-kapitlu 6 ta’ San Ġwann, il-Mulej jinsisti fuq żewġ affarijiet importanti ħafna.

L-ewwel nett l-effett tal-preżenza u t-tagħlim tiegħu ma jiqfux fuq din l-art. Ħafna drabi aħna nidħlu fit-tentazzjoni li nirriduċu t-tagħlim ta’ Ġesù għal dimensjoni li tispiċċa u ssib il-milja tagħha fuq din l-art. It-tagħlim ta’ Ġesù huwa rilevanti ħafna biex ngħixu ħajja ta’ nies, biex naraw lilu fil-proxxmu u fuq dan se jiġġudikana… Kompli aqra »

Id-dehriet ma jżidu xejn ma’ dak li l-Mulej jixtieq jgħarrafna – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għal dawk neqsin min-neċessitajiet bażiċi tal-ħajja u għal dawk il-ġenituri li qegħdin irabbu lil uliedhom weħidhom

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Naqsam magħkom żewġ ħsibijiet ispirati minn din is-silta mill-kapitlu 6 ta’ San Ġwann li qegħdin naqraw biċċa biċċa f’dawn il-jiem.

Ġesu jintroduċi lilu nnifsu bħala l-ħobż “li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja” (Ġw 6:33) u jgħid ukoll li dan il-ħobż, hu nnifsu, huwa mibgħut mill-Missier. “Jien hu l-ħobż tal-ħajja” (Ġw 6:35). ’Il quddiem għarfu kif Ġesù jieħu din it-tema tal-ħobż u biha jgħallimna nafdaw fih, infittxuh biex ikollna ħajja tajba f’din l-art u anke fl-eternità… Kompli aqra »

Il-Mulej mhux se jitlaqna weħidna – L-Arċisqof

Quddiesa fit-Tielet Ħadd tal-Għid

  Il-Knisja ta' San Franġisk, il-Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan ir-rakkont straordinarju mill-kapitlu 24 ta’ San Luqa jiġbor fih esperjenza li aħna niċċelebraw kull nhar ta’ Ħadd bħala komunità Nisranija. Kull nhar ta’ Ħadd il-Mulej jissieħeb magħna fil-pellegrinaġġ ta’ din il-ħajja, jispjegalna l-Iskrittura u aħna nagħrfuh fil-qsim tal-ħobż.

Nixtieq noffri llum bħala riflessjoni spirata minn dan l-Evanġelju sabiħ, l-Evanġelju tad-dixxipli ta’ Għemmaws, tliet riflessjonijiet. Id-dixxipli ta’ Għemmaws dakinhar tal-Għid il-kbir, dakinhar ta’ jum il-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù, kienu semgħu l-aħbar li l-katavru tiegħu ma nstabx u li n-nisa kienu deherilhom xi anġlu li qalulhom li l-Mulej huwa ħaj… Kompli aqra »

Il-Magħmudija: spirtu ta’ maħfra, rikonċiljazzjoni u mħabba – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għall-ommijiet kollha li qed jistennew tarbija u dawk li kellhom tarbija fl-aħħar jiem

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan id-djalogu ma’ Nikodemu l-Mulej jibda jgħallem lid-dixxipli tiegħu b’mod speċjali lil dan l-għaref tal-Liġi, it-tifsira profonda tal-Magħmudija li aħna l-Insara rċevejna u li nġeddu kull sena fil-lejl qaddis tal-Għid.

Ġesù jsejjaħ il-Magħmudija bħala t-twelid ġdid mill-ilma u l-ispirtu (Ġw 3:5). F’dawn il-ġranet ħafna jitkellmu dwar bidu ġdid. Donnu d-dinja li konna nafu sa ftit ġimgħat ilu waqfet u għandha bżonn terġa’ tibda u x-xewqa tagħna hija li meta tibda tkun ftit differenti… Kompli aqra »

Innewlu idna li tkun id ta’ fidi, id ta’ mħabba, id ta’ tama kbira – L-Arċisqof

Quddiesa fit-Tieni Ħadd tal-Għid u l-Ħadd tal-Ħniena Divina

  Il-Knisja ta' San Franġisk t'Assisi, il-Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ressaq idek u qiegħda fuq ġenbi; tkunx bniedem bla fidi iżda emmen” (Ġw 20:27). L-istedina li Ġesù jagħmel lil Tumas bħal-lum tmint ijiem fuq l-Għid hija stedina li qed jagħmel lil kull wieħed u waħda minna llum.

Xi tfisser li nressqu jdejna u nqegħduha fuq il-ġenb ta’ Ġesù? Il-ġenb ta’ Ġesù huwa l-ġenb minfud mil-lanza nhar il-Ġimgħa l-Kbira… Kompli aqra »

Messaġġ mill-Arċisqof Charles Scicluna fit-30 xahar mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-tagħlim soċjali tal-Knisja jfakkarna illi l-paċi hija msejsa fuq il-verità, ġustizzja, libertà u mħabba. Dawn l-erba’ valuri huma l-pedament u jiddependu minn xulxin, kull wieħed minnhom huwa essenzjali; komunità ma tistax tkun verament fil-paċi jekk imqar waħda minnhom tkun nieqsa jew imwarrba.

Wara 30 xahar mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia għadna nistennew il-verità kollha dwar il-komplott wara l-assassinju tagħha u għadna nistennew li ssir ġustizzja magħha, mal-familja tagħha u magħna lkoll għax l-assassinju tagħha kien ukoll attakk premeditat fuq is-soċjetà tagħna… Kompli aqra »

Min jiltaqa’ magħna, jagħraf li fina jgħammar is-sliem li jagħtina Ġesù? – L-Arċisqof

Quddiesa b'talb biex il-Mulej iqawwi l-fidi tagħna fih fiċ-ċirkustanzi tal-lum

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-ewwel jum tal-ġimgħa dakinhar tal-irxoxt, wara li d-dixxipli ta’ Għemmaws kienu rritornaw lejn sħabhom u tgħarrfu lill-oħrajn x’kien ġralhom u kif għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż, Ġesù nnifsu jieqaf f’nofs id-dixxipli tiegħu u jagħtihom l-ikbar tislima: “Is-sliem għalikom” (Lq 24:36) jew inkella, kif nafuha u kif nużaw ukoll fil-Liturġija: il-Paċi Magħkom. Din hija t-tislima ta’ Kristu rxoxt, it-tislima li biha l-isqof fl-Ewkaristija jsellem lil poplu ta’ Alla għax hija t-tislima ta’ Ġesù stess… Kompli aqra »