Il-Kelma tal-Arċisqof

L-isfida li qed naffaċċjaw bħala nazzjon – L-Arċisqof

L-Arċisqof żar il-Laboratorju tal-Paċi, Ħal Far – 21/01/20 INP_7586 2112020 184132 18:41:32 Aktar ritratti hawn: knisja.mt/ritratti

We have been called upon to make many sacrifices in recent weeks to halt the spread of the insidious and deadly COVID-19 virus that poses great risk to everyone and everything we hold dear. 

New terms have come into being, such as social-distancing and self-isolation; while we have had to adopt practices that seemed unthinkable just a few weeks ago, the cruellest being not being able to see in the flesh members of our own families… Kompli aqra »

Ġesù jsejħilna ‘ħutu’ għax bil-mewt u l-qawmien tiegħu rrikonċiljana bejnietna u mal-Missier – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għall-protezzjoni tal-ħajja f’kull ċirkustanza

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-anġli u anke Ġesù l-ġardinar fid-djalogu tagħhom ma’ Marija ta’ Magdala jsejħulha sempliċement ‘mara’. U jagħmlulha din il-mistoqsija, kemm l-anġli u kemm Ġesù l-ġardinar: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?” (Ġw 20:13,15).

Id-domanda hija domanda ironika. L-anġli u Ġesù l-ġardinar jafu r-risposta, jafu li qiegħda tibki l-mewt ta’ Ġesù. U issa trawma oħra: il-fatt li l-katavru ta’ Ġesù m’għadhux fil-qabar… Kompli aqra »

Il-Mulej qed isejħilna biex nerġgħu nġibu kollox kif kien u biex ħajjitna tkun safa’ u sewwa – L-Arċisqof

lI-Quddiesa Solenni tal-Għid il-Kbir tal-Mulej

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Marija ta’ Magdala tersaq lejn il-qabar” skont ir-rakkont li jagħtina Ġwanni, “filgħodu kmieni meta kien għadu d-dlam” (Ġw 20:1). Kien għadda s-sibt u għalhekk setgħet tersaq lejn il-qabar bit-tama li tkun tista’ tkompli d-dilka fuq il-ġisem għażiż ta’ Ġesù.

Ippretendiet li tara l-blata li għadha qiegħda tagħlaq il-bokka ta’ dan il-qabar u ppretendiet li wara dik il-ġebla jkun hemm katavru, għażiż kemm tridu, imma katavru imgeżwer fil-liżar bil-maktur jgħatti wkoll il-wiċċ għażiż ta’ Ġesù mejjet… Kompli aqra »

L-Għid hu mixja mill-mewt għall-ħajja, mill-qalb tal-ġebel għall-qalb tal-laħam – L-Arċisqof

Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ejjew araw il-post fejn kien qiegħed” (Mt 28:6). Dan hu l-messaġġ li l-anġlu jagħti lil Marija ta’ Magdala u Marija l-oħra li marru fl-ewwel jum tal-ġimgħa maż-żerniq jaraw il-qabar. L-anġlu ma jurihomx lil Ġesù rxoxt. L-ebda Evanġelju ma jiddeskrivilna l-mument tal-qawmien ta’ Ġesù. L-Evanġelju jinsisti fuq il-post fejn kienu qegħduh. Dan il-post għadu magħna sal-lum.

Aħna l-Insara, ’k Alla jrid tgħaddi din il-burraxka minn fuqna u nkunu nistgħu nerġgħu nivvjaġġaw, mistednin li almenu darba f’ħajjitna nagħmlu pellegrinaġġ għal dan il-post li għadu magħna: il-qabar vojt fejn kienu qiegħdu lill-Mulej… Kompli aqra »

Il-Passjoni tal-Mulej tkun għalina għajn ta’ saħħa u fejqan – L-Arċisqof

L-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ebda sura ma kellu u ebda ġmiel biex inħarsu lejh jew xi sura biex nitgħaxxqu bih. Kien imżeblah u mwarrab mill-bnedmin, bniedem li bata u kien jaf x’inhu l-mard” (Iż 53:2-3).

F’dawn il-ġranet dawn il-kelmiet ta’ Ġesù għandhom profezija qawwija. Ġejjin mill-ktieb ta’ Iżaija u japplikaw għal Ġesù b’mod straordinarju tant li l-ewwel Insara huma u  jaqraw l-profeziji ta’ Iżaija kienu jagħrfu dak li ġara mill-Mulej… Kompli aqra »

Ngħixu s-sinifikat profond tal-ħasil tal-riġlejn billi nieħdu ħsieb xulxin – L-Arċisqof

Il-Quddiesa fl-Ikla tal-Mulej offruta għall-vokazzjonijiet għall-ħajja saċerdotali u reliġjuża, u s-sagrament taż-Żwieg Nisrani

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jiena tajtkom eżempju” (Ġw 13:15). Illum għalhekk iltqajna biex niċċelebraw u nfakkru dan l-eżempju. “Jiena tajtkom eżempju biex” kif ħabbejtkom jien, “kif għamilt jien magħkom, hekk intom tagħmlu lil xulxin” (Ġw 13:15).

U jekk irridu nagħsru l-eżempju ta’ Ġesù f’kelma waħda, m’hemmx kelma aħjar mill-kelma ‘imħabba’. L-Appostlu Missierna, meta jitkellem fuq il-fidi, it-tama, l-imħabba jgħid “l-ikbar hija l-imħabba”… Kompli aqra »

Alla jagħtina l-qawwa permezz tal-maħfra tiegħu – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għall-persuni li jinsabu fil-ħabs, fiċ-ċentri ta' detenzjoni u kull min jieħu ħsiebhom

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan it-tieni jum tal-Ġimgħa Mqaddsa, it-Tlieta, l-Evanġelju ta’ San Ġwann jagħtina żewġ kwadri, żewġ kwadri tat-tradiment.

L-ewwel wieħed huwa tradiment tassew traġiku. Ġesù meta jaħseb fih jitħawwad: “Tassew, tassew ngħidilkom li wieħed minkom se jittradini!” (Ġw 13:21). Ġwanni, id-dixxiplu l-maħbub, jixtieq ikun jaf min hu t-traditur u Ġesù lid-dixxiplu l-maħbub jagħtih sinjal: “Dak li għalih se  nbill din il-loqma ħobż fil-platt u nagħtihielu” (Ġw 13:26)… Kompli aqra »

Min jiltaqa’ magħna jara fina l-opra qawwija tal-grazzja u tal-maħfra li jagħtina l-Mulej? – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għaż-żgħażagħ

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bdejna jiem tassew għeżież li fihom fil-quddiesa l-Knisja ssemmgħalna l-profeziji ta’ Iżaija dwar il-qaddej tal-Mulej, il-qaddej li jsofri, li jġorr it-tbatijiet tal-poplu u għalhekk issir ġustizzja għall-ġnus. “Araw il-qaddej tiegħi li jiena nwieżen, il-maħtur tiegħi li fih qalbi strieħet” (Iż 42:1).

F’dan l-ewwel innu tal-qaddej ta’ Alla, il-Messija jiġi ppreżentat bħala Messija ta’ ħlewwa kbira: “ma jgħajjatx, ma jgħollix leħnu […], qasba mġelġla ma jiksirhiex, musbieħ inemnem ma jitfihx” (Iż 42:2-3)… Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof lit-tfal fil-Ġimgħa Mqaddsa 2020

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Arċisqof Charles Scicluna jgħaddi messaġġ lit-tfal għal dal-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Ifakkar biex jiftakru fin-nanniet tagħhom u jċemplulhom, kif ukoll jaħdmu mid-dar, jgħinu fid-dar u kemm jista’ jkun jagħmlu paċi malajr meta jkollhom xi jgħidu mal-aħwa.

Mill-uffiċċju tiegħu fil-Kurja, l-Arċisqof jaqsam ukoll tliet affarijiet għeżież għalih li jfakkruh fi tfulitu biex jispjega l-importanza ta’ dawn il-ġranet u kemm hu importanti t-talb fil-familja. Kompli aqra »

Id-demm innoċenti ta’ Ġesù jeħlisna u jagħmilna ġusti – L-Arċisqof f’Ħadd il-Palm

Quddiesa għal dawk li qegħdin isofru mill-mard u dawk li qed jieħdu ħsiebhom

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Ħadd il-Palm ul-Passjoni tal-Mulej mill-Kurja – 05/04/2020

Posted by Archdiocese of Malta on Sunday, April 5, 2020 L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom? U huma tawh 30 biċċa tal-fidda bħala ħlas” (Mt 26:15).

It-30 biċċa tal-fidda għandhom sinifikat preċiż fil-profeziji tat-Testment l-Antik. Il-profeti jfakkruna li l-ħlas biex wieħed jixtri skjav li jsir tiegħu, kien propju 30 biċċa tal-fidda… Kompli aqra »