Fil-wied mudlam Alla huwa d-dawl tagħna – L-Arċisqof
Il-Knisja ta' San Franġisk, il-Ħamrun
22/03/2020 Quddiesa speċjali trasmessa liveL-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
L-Evanġelju li għadna kemm smajna, wieħed mis-sinjali li jagħtina l-Evanġelju skont San Ġwann, kien jinqara sa mill-bidu lill-katekumeni, dawk li kienu għażlu li jsiru Nsara u kienu qed iħejju ruħhom biex jitgħammdu fl-Għid Imqaddes.
L-għażla ta’ dan ir-rakkont hija ovvja. Il-Mulej jiltaqa’ ma’ raġel li kien għama mit-twelid u jagħtih id-dawl. Jagħtih id-dawl fiżiku, il-kapaċità li jara, imma wkoll iżejnu bid-don tal-fidi… Kompli aqra »