Il-Kelma tal-Arċisqof

Tinfetaħ mill-ġdid il-Kripta tal-Gran Mastri tal-Ordni ta’ San Ġwann

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann inawgurat l-aċċess ġdid għall-viżitaturi tal-Kripta tal-Granmastri tal-Ordni, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, nhar it-Tlieta 3 ta’ Marzu 2020. Il-proġett ta’ restawr u ta’ konservazzjoni sewa’ madwar nofs miljun ewro u sar b’finanzjament u ħidma kontinwa mill-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann. L-aċċess għall-Kripta hu minn taraġ fil-Kappella tal-Lingwa ta’ Provence, u tista’ tiġi apprezzata minn wara bieb tal-ħġieġ.

L-Arċisqof Charles J… Kompli aqra »

Il-pedament jibqa’ dejjem il-Kelma tal-Mulej – L-Arċisqof

Seminaristi jirċievu l-Ministeru tal-Lettorat

  Is-Seminarju, Tal-Virtù, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

“Il-kliem tiegħek, Mulej huwa spirtu u ħajja” Dan huwa il-vers tar-Responsorju li l-Knisja tressaq quddiemna f’dan il-jum tar-Randan, it-Tnejn tal-ewwel ġimgħa tar-Randan. Huwa ispirat minn kapitlu 6 ta’ San Ġwann vers 63 fejn Ġesù stess jiddeskrivi l-kelma bħala dik li tagħti l-ispirtu u l-ħajja.

Intom u ssiru qaddejja tal-Kelma, għeżież Shaun u Jean Claude, ftakru li l-Kelma mhijiex tagħkom imma hija tal-Mulej… Kompli aqra »

Ir-Randan hu l-istaġun tar-rebbiegħa tar-ruħ, meta nitwieldu mill-ġdid – L-Arċisqof fl-Erbgħa tal-Irmied

Quddiesa f'Ras ir-Randan

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Dan l-Evanġelju jiġbor it-tliet għemejjel li aħna niddedikaw b’mod speċjali bħala parti mill-qima u l-kult tagħna fir-Randan: il-karità, is-sawm u t-talb. U l-Mulej jinsisti li għalkemm dawn huma atteġġjamenti li jistgħu jidhru minn barra, wieħed jista’ jidher jagħmel il-karità, jista’ wieħed jidher li qed jitlob u jidher ukoll qiegħed isum, l-għemil l-iżjed importanti huwa dak li jikber u jitla’ mill-qalb u li ngħixuh fejn il-Missier jara: “Il-Missier li jara dak li hu moħbi jroddlok hu” (Mt 5:4)… Kompli aqra »

Protetturi tal-innoċenti – L-Arċisqof

Message by Archbishop Charles J. Scicluna

Few adjectives can describe conflicting emotions – pain, shame, anger, frustration, compassion – one feels upon meeting a victim of clerical sexual abuse. On one hand, it is an extraordinarily difficult situation to handle because one instantly becomes a lightning rod for their raw rage; on the other, it is an enormous Christian privilege because you literally feel as if you are facing Jesus Christ in all the terror of the crucifixion… Kompli aqra »

San Pawl ma ġiex biex jikkundanna imma bl-id qawwija li tfejjaq u turi l-ħniena – L-Arċisqof

Pontifikal Solenni fil-festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl li matulu tħabbar il-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku f'Malta

  Il-Knisja Arċipretali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Fl-Atti tal-Appostli, il-ktieb li jagħtina r-rakkont għażiż tal-miġja tal-Appostlu Misserna San Pawl fostna, jirrepeti l-istorja u n-narrattiva tal-konverżjoni ta’ Pawlu, Sawlu, tliet darbiet. Wieħed jinnota kemm dan ir-rakkont huwa importanti biex dan it-tieni ktieb li kiteb San Luqa: l-Evanġelju u l-Atti tal-Appostli, din il-laqgħa tal-Imgħallem Ġesù rxuxtat ma’ dan ir-raġel minn Tarsu propju nsibuha rrakkuntata tliet darbiet.

Illum nixtieq nibda r-riflessjoni tiegħi billi nfakkarkom Pawlu stess xi jgħid meta jidħol fi djalogu ma’ Agrippa… Kompli aqra »

Filmat: Jekk aħna Nsara veri rridu nittrattaw lil xulxin u lil kull bniedem b’dinjità, rispett u mħabba – L-Arċisqof

L-Isqfijiet Maltin jiltaqgħu mal-membri tal-Kunsill Ekumeniku Malti fil-Ġimgħa ta' Talb għall-Għaqda fost l-Insara

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Message by Archbishop Charles J. Scicluna

After the extraordinary greeting by Mgr Scerri I am lost for words. I will not repeat what I said yesterday, but I would like to take the cue from the beautiful painting that is the background to our meeting today.

As you know, and as we always remember every year, today it is the feast of the conversion of St Paul – his meeting Jesus Christ on the way to Damascus and his baptism in Damascus… Kompli aqra »

Fil-konverżjoni ta’ San Pawl hemm il-bidu tal-konverżjoni tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa tal-Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Fl-esperjenza li jgħaddi minnha Pawlu fit-triq ta’ Damasku, il-Mulej Ġesù juri li huwa ħaġa waħda mal-komunità tal-fidi, mal-Knisja. Meta jkellmu jgħidlu: “Għaliex qiegħed tippersegwitani?” “Min int, Mulej?” jistaqsi Sawl. “Jiena Ġesù li qiegħed tippersegwita” (Atti 22:7-8).

Min jaf kemm-il darba rrifletta fuqha din l-espressjoni l-Appostlu Missierna. Nafu li frott l-ispirazzjoni tal-ispirtu u t-talb tiegħu, hu elabora, fisser li aħna l-ġisem ta’ Ġesù, il-Knisja hija l-ġisem ta’ Ġesù u li fiha, il-ġisem ta’ Ġesù hu r-ras… Kompli aqra »

Naħdmu flimkien għall-ġid komuni b’mod speċjali favur min għandu l-iżjed bżonn – L-Arċisqof fil-ftuħ tad-Dar Alberto Marvelli

Ir-residenza Alberto Marvelli se tilqa' żgħażagħ bla dar

  Dar Alberto Marvelli, Raħal Ġdid

Ir-residenza Alberto Marvelli hi dar biex żgħażagħ bla dar ikunu jistgħu jgħixu fil-komunità b’mod indipendenti filwaqt li jingħataw l-appoġġ meħtieġ. Din id-dar, li tinsab Raħal Ġdid, ġiet inawgurata u mbierka mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-preżenza tal-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon, nhar is-Sibt 25 ta’ Jannar 2020.

Żgħażagħ bla dar se jkunu jistgħu joqogħdu temporanjament f’din id-dar waqt li jingħataw l-għajnuna biex isiru totalment indipendenti… Kompli aqra »

Nitolbu lil San Pawl biex inkomplu nuru “ħlewwa liema bħalha” – L-Arċisqof

Servizz Ekumeniku waqt il-Ġimgħa ta' Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2020

  Il-Pro-Katidral ta' San Pawl, il-Belt Valletta

Message by Archbishop Charles J. Scicluna

“After we had reached safety we learned that the island was called Malta. The natives showed us unusual kindness” (Acts 28:1-2). In this week of prayer for Christian unity in this year of our Lord 2020, we Christians have been invited to meditate, pray and reflect on this verse 2, chapter 28 of the Acts of the Apostles. We Maltese are called barbaroi by Luke in the Acts of the Apostles and scholars tell us the reason we are called barbaroi, which does not necessarily translate as barbarians, is the fact we were neither Latins and we did not speak Greek… Kompli aqra »

Filmat: It-tnedija tal-verżjoni bil-Malti tal-Eżortazzjoni Appostolika ‘Verbum Domini’

L-Arċisqof jippreżenta l-Eżortazzjoni Appostolika bi tħejjija għall-Ħadd tal-Kelma ta' Alla

  Iċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), Birkirkara

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna nieda t-traduzzjoni bil-Malti ta’ Verbum Domini (Il‑Kelma tal‑Mulej), li hi l‑Eżortazzjoni Appostolika tal‑Papa Benedittu XVI tal-2010, nhar l‑Erbgħa, 22 ta’ Jannar 2020, fiċ‑Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), Birkirkara.

It-tnedija ta’ din il-publikazzjoni saret fl-okkażjoni tal-Ħadd tal-Kelma ta’ Alla, li waqqaf il-Papa Franġisku u li ser tiġi ċċelebrata għall-ewwel darba nhar il-Ħadd li ġej, fit‑tielet Ħadd taż‑Żmien ta’ Matul is‑Sena… Kompli aqra »