Il-Kelma tal-Arċisqof

Tħaddan il-faqar biex tkun sinjura quddiem il-Mulej – L-Arċisqof

Professjoni Solenni ta’ Sr Sarah Rayah

  Il-Knisja ta’ Santa Tereża ta’ Ġesù, Bormla

The homily by Archbishop Charles J. Scicluna

Dear Sister Sarah Rayah of God, you have asked for three things which today’s liturgy helps us to meditate upon. We commend you to the intercession of Our Lady Immaculate, to her Immaculate heart.

You have asked for the mercy of  God; you have asked for the poverty of the Order and the society of the sisters… Kompli aqra »

L-imħabba: it-triq li twassal biex noħorġu minn din id-dinja b’qalb safja – L-Arċisqof

Quddiesa fl-20 anniversarju mit-twaqqif mill-Parroċċa tal-Ibraġ

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Immakulata, Omm il-Knisja, Tal-Ibraġ

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Qegħdin niċċelebraw din il-festa kbira li tfakkarna fit-tnissil ta’ Sidtna Marija. L-Evanġelju li għadna kemm qrajna huwa dwar it-tnissil ta’ Ġesù u wieħed jistaqsi: ‘Għaliex qrajna l-Evanġelju tat-tnissil tat-tifel meta qegħdin niċċelebraw it-tnissil tal-omm?

L-ewwel nett għaliex fl-Evanġelju m’għandniex rakkont tat-tnissil. It-tradizzjoni orjentali tagħtina l-ismijiet tal-ġenituri ta’ Marija, li aħna niċċelebraw ta’ kull sena fis-26 ta’ Lulju, u tgħid li kien jisimhom Anna u Ġwakkin… Kompli aqra »

Il-Kunċizzjoni: prova li għal Alla m’hemm xejn li ma jistax isir – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tal-15-il anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa ta’ Pembroke

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Rxoxt, Pembroke

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm smajna jirrakkonta t-tnissil ta’ Ġesù fil-ġuf ta’ ommu bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. U tgħiduli: ‘għaliex fil-festa tat-tnissil ta’ Marija naqraw l-Evanġelju tat-tnissil ta’ Binha?’ L-ewwel nett għaliex fl-Evanġelju m’għandniex ir-rakkont jew riflessjoni diretta fuq it-tnissil ta’ Marija. Nafu mit-tradizzjoni, almenu minn kitbiet ’l barra mill-Evanġelju dawk li jgħidulhom l-Apokrifi, li l-ġenituri tagħha kienu jisimhom Anna u Ġwakkin… Kompli aqra »

Il-Milied hu stedina għalina biex nersqu lejn l-essenzjal tal-ħajja – L-Arċisqof

Quddiesa għall-istudenti tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u indipendenti fil-bidu tal-kampanja ‘Milied Flimkien’

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja ħafna liż-żgħażagħ li tawna riflessjonijiet tassew sbieħ u għallmuna li l-Milied huwa dejjem attwali. Is-sinjal tal-Milied huwa tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura. Il-maxtura kienet il-post fejn ipoġġu l-għalf għall-annimali minn fejn ikunu jistgħu imaxtru l-ġwież u dak li jingħatalhom. U din it-tarbija li hija wkoll ir-raġel ta’ 33 sena li jgħidilna: “Dan hu ġismi, dan hu demmi”… Kompli aqra »

Il-Madonna ta’ Loretu – patruna tal-avjazzjoni u tal-vjaġġ aħħari tagħna

Inawgurat il-pavimentar tal-irħam ġdid tal-knisja

  Il-Knisja ta’ Loreto, il-Gudja

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Nirringrazzja lill-benefatturi, il-volontarji kollha li għamlu dan ix-xogħol tassew sabiħ u li jagħmel din il-kappella grazzjuża, isbaħ milli qatt kienet qabel.

Kif tafu, it-titlu sabiħ tal-Madonna ta’ Loretu huwa titlu għażiż ħafna mhux biss għaliex f’Loreto hemm santwarju importanti ħafna li jfakkarna fid-dar li fih għexet il-familja mqaddsa, imma għaliex ukoll il-Madonna ta’ Loretu hija l-patruna tal-avjazzjoni, tat-titjir bl-ajruplan… Kompli aqra »

‘Aħna għad għandna biża’ ta’ Alla?’ – L-Arċisqof fis-solennità ta’ Kristu Re

Ċelebrazzjoni Djoċesana fis-solennità ta’ Kristu Re 2019

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Ix-xena nafuha lkoll għax hija mnaqqxa fil-kultura tagħna. Nafu kemm fi żmien tal-Ġimgħa l-Kbira, Maltin u Għawdxin jiddedikaw l-enerġija tagħhom, id-devozzjoni, l-imħabba tagħhom biex jikkommemoraw ix-xena li għadna kemm smajna skont l-Evanġelju ta’ San Luqa.

“Il-poplu waqaf hemm iħares” (Lq 23:35). Aħna wkoll illum nixtiequ ninġabru madwar din ix-xena ta’ qsim il-qalb fuq l-għolja tal-Golgota, il-kalvarju, u nħarsu lejn Ġesù msallab, imsallab mal-midinbin u mal-kriminali akkumpanjat minn żewġ ħallelin wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug… Kompli aqra »

Il-Kunċizzjoni: sinjal tal-imħabba tagħna lejha, lejn Binha Ġesù u lejn il-proxxmu tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa u pellegrinaġġ fit-tifkira tal-75 anniversarju minn meta l-istatwa tal-Kunċizzjoni ttieħdet lura Bormla wara t-Tieni Gwerra Dinjija

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid

Is-Sibt 16 ta’ Novembru, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Parroċċa ta’ Raħal Ġdid f’għeluq it-tifkira tal-75 anniversarju minn meta fid-19 ta’ Novembru 1944 l-istatwa u l-kwadru titulari tal-Kunċizzjoni ttieħdu lura Bormla fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija. Dawn kienu ttieħdu fil-Bażilika ta’ Sant’ Elena f’Birkirkara biex jitħarsu mill-attakki tal-gwerra.

Matul dan il-pellegrinaġġ, li beda s-Sibt filgħodu mill-Bażilika ta’ Sant’ Elena, l-istatwa tal-Kunċizzjoni għaddiet ukoll minn diversi parroċċi ta’ Malta fejn ingħatat qima… Kompli aqra »

Jekk hemm post jistenniena huwa l-ġenna – L-Arċisqof

Quddiesa tal-Pontifikal tal-Mejtin Kollha

  Il-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

L-ewwel ħsieb li nixtieq naqsam magħkom illejla hija xi ħaġa li jgħid Ġesù fuq il-ġenna u fuq l-infern. Innutaw ftit x’jgħid fuq il-ġenna hu u jbierek lit-tajbin għaliha: “Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja” (Mt 25:34).

Skont Ġesù l-ġenna ġiet maħluqa mħejjija għalina sa mill-ħolqien tad-dinja. Aħna maħluqin biex immorru hemmhekk… Kompli aqra »

Iż-żerriegħa li jmissna qegħdin niżirgħu – L-Arċisqof

Some of the participants at The Good Neighbourhood Dinner, organised last June by the Archdiocese of Malta with the aim of encouraging a society that embraces diversity. Message by Archbishop Charles J. Scicluna

A remark by former minister Tonio Borg, who kindly wrote the foreword to my book ‘Religion and the 1921 Malta Constitution’, caused a ripple of laughter at the launch of the publication last week after he quoted s.2(2) of our Constitution, which states “the authorities of the Roman Catholic Apostolic Church have the duty and the right to teach which principles are right and which are wrong”… Kompli aqra »

Tliet seminaristi jirċievu l-Ministeru tal-Akkolitat

  Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù, ir-Rabat

Nhar it-Tnejn 4 ta’ Novembru ta l-Ministeru tal-Akkolitat lil tliet seminaristi fis-seminajru tal-Arċisqof, Tal-Virtù, ir-Rabat. It-tliet seminaristi kienu Joshua Cortis mill-Parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun u Roderick Baldacchino u Jean-Claude Schembri mill-Parroċċa taż-Żejtun.

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Għeżież intom u tirċievu l-ministeru tal-Akkolitat, il-Knisja qiegħda tistedinkom biex titgħallmu tħejju l-mejda għażiża tal-Ewkaristija.

Ġesù meta indirizzana, u dan il-kliem għażiż qalu fl-aħħar ikla tiegħu mad-dixxipli, qalilna: “Ma nsejħilkomx qaddejja, insejħilkom ħbieb, għax kulma smajt mingħand Missieri, għarraftulkom” (Ġw 15:15)… Kompli aqra »