Il-Papa fl-Angelus: l-ewwel att ta’ karità lill-proxxmu hu li noffrulu wiċċ seren u mbissem
19/12/2021 Il-VatikanGħeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!
L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum, ir-raba’ Ħadd tal-Avvent, jirrakkonta ż-żjara li għamlet Marija lil Eliżabetta (cfr Lq 1:39-45). Wara li rċeviet it-tħabbira tal-anġlu, il-Verġni Marija ma baqgħetx id-dar, thewden fuq dak li ġralha u taħseb dwar il-problemi u x’seta jinqala’, li ċertament ma kinux se jonqsu: għax, miskina, ma kinitx taf x’se taqbad tagħmel wara dik l-aħbar, minħabba l-kultura tal-epoka…. Ma setgħetx tifhem… Bil-maqlub, l-ewwel ma ħasbet kien dwar min jinsab fil-bżonn: minflok ingħalqet fiha nfisha, fil-problemi tagħha, taħseb f’min hu fil-bżonn, taħseb f’Eliżabetta, qariba tagħha, li hi mgħobbija biż-żmien u tqila: ħaġa stramba, mirakoluża. Bil-ġenerożità, Marija tibda vjaġġ, bla ma beżgħet mill-inkonvenjenzi tat-triq, billi wieġbet qisha b’molla minn ġewwa li sejħitilha biex tkun qrib u tagħti l-għajnuna. Triq twila, kilometri fuq kilometri, u ma kienx hemm tal-linja! … Kompli aqra »